TITĦABBAR IL-MEWT TAL-IMĦALLEF GINO CAMILLERI - ĠUDIKANT RETT IMMEXXI MINN SENS TA' DOVER
pr141649
20/07/2014
Ftit sigħat ilu tħabbret il-mewt tal-Imħallef Gino Camilleri.
L-Imħallef Camilleri kien imħallef li ddistingwa ruħu bħala bniedem mill-iktar rett u minkejja li għal snin twal kellu jiffaċċja problemi ta' saħħa xorta baqa' jaqdi dmiru b'sens ta' dover kbir u dedikazzjoni.
Matul il-karriera twila ta' madwar 41 sena fl-avukatura u fil-ġudikatura (kemm bħala Maġistrat kif ukoll bħala Mħallef) l-Imħallef Camilleri dejjem wera sens ta' ġustizzja, ta' umanità u ta' servizz pubbliku kbir fl-interess tas-soċjetà u b'lealtà lejn il-Kostituzzjoni.
Il-Gvern jagħti l-kondoljanzi lill-familjari li tant kienu ta' sostenn għalih.
Is-servizz pubbliku tal-Ġustizzja huwa kollu viżtuż għal wieħed mill-membri ewlenin tiegħu.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en