Left arrow Go Back

MIDALJA TAL-BRONŻ GĦAT-TIM NAZZJONALI FEMMINILI TAL-BASKETBALL

pr141648
Date Icon 20/07/2014

It-tim Nazzjonali Malti femminili akkwista midalja tal-bronż fil-European Championship for Small Countries wara li għeleb lill-Iskozja fil-logħba għat-tielet u r-raba' post.

Fil-fażi tal-gruppi Malta tilfet 46-85 kontra l-Iżlanda li eventwalment rebħu l-grupp filwaqt li għelbu lill-Ġibiltà 25-93 biex spiċċaw it-tieni fi Grupp B u qatgħu post fis-semi-finali.  Hawn iltaqgħu mal-Awstrija, li eventwalment rebħu l-kompetizzjoni u tilfu 58-46. Malta kien imissha tilgħab għall-midalja tal-bronż fejn għelbu lill-Iskozja 66-59 u hekk spiċċaw fit-tielet pożizzjoni u b'midalja tal-bronż.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius jifraħ lit-tim femminili tal-Basketball u lil kowċ Angela Adamoli u l-assistent tagħha Christoph Stolp għal din ir-rebħa importanti. Huwa faħħar l-impenn tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball taħt it-tmexxija tal-President Paul Sultana li f'dan l-aħħar xahar irnexxielhom jakkwistaw 4 midalji; deheb mit-tim Nazzjonali maskili ta' taħt is-16-il sena, fidda mit-tim Nazzjonali femminili ta' taħt is-16-il sena u fidda mit-tim Nazzjonali tal-irġiel, minbarra din il-midalja tal-bronż mit-tim Nazzjonali tan-nisa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow