Left arrow Mur Lura

​IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’ DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA DR JUSTYNE CARUANA TNIEDI L-PREMJU SOĊJETÀ ĠUSTA

pr141647
Date Icon 19/07/2014

F'konferenza tal-aħbarijiet fix-Xewkija Għawdex, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, ħabbret inizjattiva ġdida b’risq il-qasam tad-diżabilità konsistenti fi premju ġdid li jikkonsisti fi tlett kategoriji. Dawn huma:

• Premju Speċjali għal Impenn fis-Settur tad-Diżabilità

• Premju għal dik il-Persuna jew organizzazjoni li ħalliet marka fuq il-qasam

• Premju għal-Azzjoni Diretta u Attiviżmu minn Persuni b’Diżabilità

Dr Justyne Caruana ħabbret li dan huwa mod ċar ta’ kif il-Gvern ser ikun qiegħed juri l-apprezzament tiegħu lejn nies li taw u kontinwament jagħtu kontribut siewi u sinjifikanti fis-settur, li permezz tagħhom qed jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ ħafna persuni. Ħija qalet li dan il-premju ser ikun qiegħed jingħata wara proċess t’għażla minn bord indipendenti li ser ikun maħtur għal dan l-għan.

Is-Segretarju Parlamentari qalet li dawn il-premjiiet ser jingħataw fil-ġimgħa tad-Diżabilità f’Diċembru u għalhekk ser ikun hemm kollaborazzjoni qawwija mal-Kummissjoni Nazzjonali għal-Persuni b’Diżabilità. Min hu interessat f’dawn il-premjijiet jista’ jikseb iżjed informazzjoni mis-sit uffiċjali tas-Segretajat Parlamentari activeageing.gov.mt jew jibgħat email lil socjetagusta-award.mfss@gov.mt

Dr Caruana saħqet li din l-inizjattiva ġiet imnedija Għawdex bl-iskop li jingħata l-messaġġ li finalment, f’Għawdex il-qasam tad-Diżabilità ser jingħata l-importanza li tixraqlu. Fost oħrajn semmiet ukoll kif servizzi li qatt ma ġew offruti f’Għawdex ser jibdew jingħataw fi ftit xhur oħra, kif ukoll semmiet espressjoni ta’ interess li mistennija toħroġ il-Ġimgħa d-dieħla biex ikun hemm l-ewwel Dar Residenzjali għal-Persuni b’Diżabilità f’Għawdex.

Ikkonkludiet billi qalet li spiċċa ż-żmien li l-Politika Nazzjonali ma tiġix attwata f’Għawdex ukoll, dan sabiex l-Għawdxin u l-familjari ta’ dawk li għandom diżabilita jiġu mgħejuna u sostnuti bħal bqija tal-pajjiż.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow