Left arrow Go Back

​2,348 APPLIKAZZJONI GĦALL-KLASSIJIET TA' REVIŻJONI TAS-SEC

pr141645
Date Icon 19/07/2014

1,337 żagħżugħ u żagħżugħa tefgħu total ta' 2,348 applikazzjoni għall-klassijiet ta' reviżjoni f'erba’ suġġetti tas-SEC li qed jiġu offruti mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fl-inizjattiva tal-Garanzija taż-Żgħażagħ.

Dan il-Gvern emmen mil-bidu fil-Garanzija taż-Żgħażagħ u dawn il-mijiet ta' żgħażagħ huma fost l-ewwel li se jibbenifikaw minn din l-inizjattiva. Il-klassijiet se jibdew fit-28 ta' Lulju u fuq medda ta' ħames ġimgħat se jkun offrut programm intensiv ta' studju li se jkun qed iwassal biex l-istudenti joqgħodu għar-resit tas-suġġett fil-bidu ta' Settembru.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo, qal li din l-inizjattiva kienet milqugħa tajjeb mill-istudenti u hija prova ċara oħra ta' kemm il-politika ta' dan il-Gvern li jdaħħal il-Garanzija taż-Żgħazagħ mhux talli kienet waħda għaqlija iżda li qed tħalli l-frott mill-ewwel. Huwa awgura lill-istudenti li se jkunu qed jattendu dawn il-lezzjonijiet biex jużaw dan it-taħriġ biex ikunu ppreparati għal Settembru, u jkomplu jimxu ’l quddiem biex jilħqu l-potenzjal tagħhom u jiksbu s-suċċess mixtieq.

Il-Garanzija taż-Żgħażagħ hija inizjattiva ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropeja. Is-suġġetti magħżula huma dawn li ġejjin:

Malti: 500 applikazzjoni

Ingliż: 692 applikazzjoni

Matematika: 770 applikazzjoni

Fiżika: 386 applikazzjoni

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow