IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TILTAQA’ MAL-GĦAQDA GĦASI
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana llum iltaqgħat mal-għaqda GĦASI. L-uffiċjali tal-Għaqda Soċjali tal-Impjegati tar-Residenza San Vinċenz de Paul (GĦASI) spjegaw lis-Segretarju Parlamentari kif din l-Għaqda taħdem biex tgħin u tkun ta' solidali b'mod konkret mal-ħaddiema tar-Residenza San Vinċenz de Paul u l-familjari tagħhom.
Dr Justyne Caruana faħħret lil din l-għaqda li tirrappreżenta iżjed minn 600 ħaddiem li jaħdmu f’din ir-residenza u ħeġġet sabiex il-ħaddiema kollha ta' SVPR għandhom jidħlu membri ta' din l-Għaqda li tagħmel tant xogħol nobbli. Fil-laqgħa tkellmet ukoll favur il-kunċett li qiegħda tadotta din l-għaqda u kif tkun xi ħaġa ideali kieku l-operat ta' din l-Għaqda jiġi mħaddem fuq livell nazzjonali.
F’din il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ħadet ukoll nota tal-ideat u l-inizjattivi kollha li tkellmu fuqhom u li għandha f’moħħha din l-għaqda biex tkun tista tassisti din l-għaqda. Min-naħa tagħhom ir-rappreżentanti tal-Għaqda ħatru lil Dr Justyne Caruana bħala president onorarju tagħhom u min-naħa tagħha s-Segretarju Parlamentari esprimiet il-gratitudni tagħha għal dan l-unur.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en