Left arrow Mur Lura

IPPREŻENTATI R-RIŻULTATI MILĦUQA MILL-PROĠETTI FFINANZJATI MILL-PROGRAMM ĠENERALI TA’ SOLIDARJETÀ U ĠESTJONI TA’ IMMIGRAZZJONI 2007-2013

pr141640mt
Date Icon 18/07/2014

Dr Ian Borg dalgħodu indirizza konferenza mmirata lejn dawk il-benefiċjarji li bbenefikaw mill-Programm Ġenerali ta’ Solidarjetà u Ġestjoni ta’ Immigrazzjoni (SOLID) 2007-13.

Hekk kif kien qed jitkellem dwar il-pjanijiet futuri għall-programm 2014-20, huwa spjega kif l-allokazzjoni mmirata lejn dawn l-interventi se tkun qed tara żieda sostanzjali meta kkumparata mal-programm li għadu kif ingħalaq. Dr Borg esprima wkoll is-sodisfazzjon tiegħu hekk kif l-ewwel indikazzonijiet mill-Kummissjoni Ewropea (KE) juru li din laqgħet b’mod pożittiv, ħafna mill-proposti li ressaq pajjiżna.

Waqt li saħaq fuq l-importanza li jirrappreżentaw il-Fondi tas-Sigurtà Interna, Dr Borg ħabbar ukoll li l-Forzi Armati ta’ Malta se jkunu qed jibbenefikaw mill-ewwel helikopter fi ftit jiem oħra waqt li t-tieni helikopter mistenni jasal aktar tard din is-sena.  Dr Borg spjega wkoll kif fil-proposti li ressaq pajjiżna quddiem il-KE fir-rigward tal-programm 2014-20 hemm ukoll inkluż żewġ helikopters oħra iżgħar minn dawk li se jkollna din is-sena u li se jkunu qed isaħħu l-ħidma tal-FAM, li sa ftit taż-żmien ilu ma kellha xejn minn dawn il-faċilitajiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow