Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA’ MALTA TITLOB LI SSIR RIĊERKA DWAR IR-RABTA BEJN IL-FATTURI SOĊJALI U L-PROBLEMA TAL-OBEŻITÀ F’PAJJIŻNA

pr141639
Date Icon 18/07/2014

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet li hemm bżonn ta’ aktar riċerka dwar il-fatturi soċjali, u kif dawn qed jaffettwaw l-obeżità f’pajjiżna.

Il-President Coleiro Preca kienet qed titkellem waqt il-ftuħ ta’ seminar bit-tema ‘L-Ikel: Bżonn, Pjaċir jew Problema’, organizzat mid-Dipartiment tal-Occupational Theraphy fi ħdan l-Isptar Monte Karmeli flimkien ma’ Dar Kenn għal Saħħtek.

Il-President spjegat kif ir-riċerka tgħinna biex niżviluppaw ħidma aktar interdixxiplinarja biex jintlaħqu l-miri aħjar.

Sostniet kif ħafna professjonisti kliniċi f’pajjiżna jemmnu bi sħiħ f’sistema inter-dixxiplinarja u kif anki din qed tiġi addottata f’Dar Kenn għal Saħħtek imwaqqfa permezz tad-donazzjonijiet tal-poplu Malti u Għawdxi b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Il-President faħħret il-mod kif ġewwa din id-dar qed jingħataw servizzi ħolistiċi u spjegat kif fi żjara li għamlet riċentament, rat il-kuraġġ u d-determinazzjoni li qed tinbena fost il-pazjenti, permezz tat-terapija li qed tingħatalhom.

“Jeħtieġ li l-pazjenti li jtemmu l-programm residenzjali f’Dar Kenn għal Saħħtek ikollhom appoġġ f’servizzi oħra u dan jista’ jsir b’kordinament ma’ entitajiet governattivi u għaqdiet mhux governattivi,” qalet il-President Coleiro Preca.

Il-President irrikonoxxiet iż-żieda fl-għarfien dwar l-obeżità u l-eating disorders, speċjalment fl-iskejjel iżda dan irid jiġi riflesss ukoll fid-dar u mhux jieqaf mal-bibien tal-iskejjel.

Il-President ta’ Malta temmet tappella lill-istakeholders kollha f’dan il-qasam biex ifittxu soluzzjonijiet ġodda u innovattivi biex filwaqt li jkunu t’appoġġ u servizz għall-pazjenti, jingħaqdu kollha flimkien ħalli jingħelbu l-isfidi soċjali u finanzjarji li għandu pajjiżna marbuta mal-obeżità u l-eating disorders.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow