IL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI MHUX LEST JOQGĦOD GĦALL-KRITIKA
Id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni fl-aġġornament illejla kien mimli negattività fil-konfront tal-Gvern. Iżda fl-istess diskors jgħid li ma jridx ikun kritikat bħala negattiv.
F'demokrazija, il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jifhem li l-irwol tiegħu huwa pubbliku u huwa wkoll miftuħ għall-kritika politika.
F'aġġornament ta’ ftit minuti l-Kap tal-Oppożizzjoni kien distruttiv u personali, saħanistra għawweġ fatti biex jipprova jgħid li l-Prim Ministru ma qalx il-verità.
Huma diskorsi bħal tal-Kap tal-Oppożizzjoni li jbaxxu l-livell tal-politika f'Malta. Fuq kollox, riżultat wara l-ieħor fl-elezzjonijiet li għaddew jikkonferma li l-poplu jiddejjaq min jipprova jkisser dak li sejjer tajjeb. L-unika mod kif il-Kap tal-Oppożizzjoni jirnexxielu jkun pożittiv huwa billi ma jitkellimx.
Dan il-Gvern se jibqa’ ffukat fuq il-prijorijitajiet tal-familji u n-negozji billi jtaffi l-piż tal-kontijiet u l-għoli tal-ħajja, jibqa’ joħloq l-impjiegi u jnaqqas il-qgħad, u jkompli jtejjeb l-ekonomija tal-pajjiż. Il-poplu Malti u Għawdxi llum iħoss id-differenza pożittiva fil-ħajja ta’ kuljum u b’hekk jikkonferma kemm il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa maqtugħ mir-realtà.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en