Left arrow Mur Lura

IL-GREEN JOBS SER JAGĦTU SPINTA AKBAR LIT-TKABBIR EKONOMIKU TA' PAJJIŻNA

pr141629
Date Icon 17/07/2014

L-Onorevoli Leo Brincat, Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima jindirizza l-laqgħa informali tal-Ministri Ewropej ġewwa Milan

Il-Green Jobs ser jagħtu spinta akbar lit-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat meta kien qed jindirizza l-laqgħa informali tal-Ministri Ewropej ġewwa Milan li hija l-ewwel waħda li qed issir taħt il-Presidenza Taljana tal-Unjoni Ewropea li bdiet fl-ewwel ta' dan ix-xahar.

Il-Ministru saħaq li għandhom jissaħħu r-rabtiet bejn it-tħaddir tal-ekonomija u il-proċess tal- qawmien ekonomiku fl-istati membri.

Il-Gvern Malti jinsab konvint li dan il-proċess kien ser jsaħħaħ kemm  il-kompetittivita' u anki l-innovazzjoni.

Il-Ministru Brincat qal li d-dimensjoni ambjentali għandha tirrispetta l-kompetenzi nazzjonali u Ewropej partikularment dwar kwistjonijiet bħat-tassazzjoni, filwaqt li saħaq li hemm bżonn ko-ordinazzjoni effettiva ta' dawn l-issues mal-istrutturi tal-governanza ekonomika, li għandhom jiġu indirizzati b’ħidma konġunta mal-Ministri tal-Finanzi tal-pajjiżi rispettivi fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Huwa qal li pajjiżna jemmen li inċentivi fiskali u 'start up grants' għall-attivita' intraprenditorjali għandhom jgħinu fil-promozzjoni tat-transizzjoni lejn l-hekk msejjaħ 'green growth.'

Il-Ministru Brincat ħabbar ukoll li l-miżuri  proposti fl-istrateġija tal-Gvern sejrin ikunu suġġetti għall-evalwazzjoni ekonomika sabiex jiġi stabbilit il-kontribut effettiv tagħhom lill-ekonomija ta' pajjiżna flimkien mal-potenzjal tagħhom li joħolqu Green Jobs ġodda.

Huwa qal li l-Gvern Malti ser ikun qed jagħmel ukoll konsultazzjoni pubblika f'pajjiżna qabel tiġi finalizzata l-istrateġija dwar l-ekonomija l-ħadra.

Il-Ministru Brincat tenna li għalkemm f'Malta kien sar survey mill-Employment and Training Corporation (ETC) dwar id-daqs u n-natura tal-Green Jobs f'pajjiżna, dan imur lura sa madwar tmien snin ilu, u għaldaqstant huwa kien awtorizza lill-Ministeru tiegħu, sabiex  permezz tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) isir eżerċizzju ta' benchmarking flimkien  ma’ eżerċizzju statistiku iżjed komprensiv li jirrifletti l-iżviluppi li saru fl-aħħar snin f'dan is-settur.

Il-Ministru Brincat qal li bħalissa hemm għadd ta' miżuri marbutin mal- Ekonomija l-Ħadra li diġa' qed jitwettqu ġewwa pajjiżna bħala parti min- NATIONAL REFORM PROGRAMME tas-sena 2014 f'oqsma bħal l-enerġija, t-tibdil tal-klima, t-trasport, l-iskart u l-ilma, filwaqt li mistennija tingħata spinta ġdida lill-GREEN PUBLIC PROCUREMENT ukoll.

Il-Ministru Brincat qed jieħu sehem ukoll f'Parallel Round Table dwar Green Jobs u Policies Ambjentali mmexxija minn uffiċjali għoljin tal-UNEP.

L-Universita' Bocconi wkoll qed tieħu sehem fid-diskussjoni dwar il-GREEN GROWTH taħt iċ-Chairmanship tal-Ministru Taljan tal-Ambjent Gian Luca Galletti flimkien mal-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent Janez Potocnik.

L-istess mistennija jagħmlu wkoll l-OECD u l-ILO fost oħrajn.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow