STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI
Il-Gvern qiegħed jibni l-pedamenti għas-serjetà fl-operat tal-partiti politiċi
Bl-impenn li qed juri l-Gvern, sabiex fi żmien qasir pajjiżna jkollu liġi li tirregola l-finanzjament tal-partiti politiċi, effettivament qiegħed jibni l-pedamenti biex ikollna iktar serjeta’ fl-operat tal-partiti politiċi. Il-Gvern jappella lill-Oppożizzjoni sabiex tingħaqad f’din il-ħidma bil-għan li din il-liġi tgħaddi mill-Parlament illum qabel għada.
Il-Gvern jemmen li huwa biss meta wieħed jilħaq livell ta’ serjetà u integrità kemm fil-liġijiet, u iktar u iktar fil-mod ta’ kif il-partiti joperaw fil-prattika, li mbagħad il-poplu jkabbar il-fiduċja fil-ħidma tal-partiti politiċi. Il-Gvern jemmen li jkun f’dak il-punt li l-pajjiż kollu – u mhux il-partiti politiċi biss kif ipproponiet l-Oppożizzjoni – jkun fl-aħjar pożizzjoni li jiddibatti fil-miftuħ u b’mod mill-iktar apert il-possibbilità li jsir finanzjament mill-istat favur il-partiti politiċi.
Il-Partit Nazzjonalista, minkejja l-wegħdi tiegħu snin wara snin, baqa’ qatt ma daħħal liġi li tirregola l-partiti politiċi f’pajjiżna u li tant hija importanti f’soċjeta’ demokratika. L-amministrazzjonijiet preċedenti ħallew lil Malta tiġi kkritikata sena wara l-oħra minn istituzzjonijiet bħall-GRECO fi hdan il-Kunsill ta’ l-Ewropa.
Huwa ironiku li wara t-tkaxkir tas-saqajn għal generazzjonijiet sħaħ mill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern biex tgħaddi ligi dwar il-finanzjament tal-partiti, issa qed naraw it-tkaxkir tas-saqajn mill-Partit Nazzjonalista anke meta dan jinsab fl-Oppożizzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en