Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI

pr141626
Date Icon 16/07/2014

Il-Gvern qiegħed jibni l-pedamenti għas-serjetà fl-operat tal-partiti politiċi

Bl-impenn li qed juri l-Gvern, sabiex fi żmien qasir pajjiżna jkollu liġi li tirregola l-finanzjament tal-partiti politiċi, effettivament qiegħed jibni l-pedamenti biex ikollna iktar serjeta’ fl-operat tal-partiti politiċi. Il-Gvern jappella lill-Oppożizzjoni sabiex tingħaqad f’din il-ħidma bil-għan li din il-liġi tgħaddi mill-Parlament illum qabel għada.

Il-Gvern jemmen li huwa biss meta wieħed jilħaq livell ta’ serjetà u integrità kemm fil-liġijiet, u iktar u iktar fil-mod ta’ kif il-partiti joperaw fil-prattika, li mbagħad il-poplu jkabbar il-fiduċja fil-ħidma tal-partiti politiċi.  Il-Gvern jemmen li jkun f’dak il-punt li l-pajjiż kollu – u mhux il-partiti politiċi biss kif ipproponiet l-Oppożizzjoni – jkun fl-aħjar pożizzjoni li jiddibatti fil-miftuħ u b’mod mill-iktar apert il-possibbilità li jsir finanzjament mill-istat favur il-partiti politiċi.

Il-Partit Nazzjonalista, minkejja l-wegħdi tiegħu snin wara snin, baqa’ qatt ma daħħal liġi li tirregola l-partiti politiċi f’pajjiżna u li tant hija importanti f’soċjeta’ demokratika. L-amministrazzjonijiet preċedenti ħallew lil Malta tiġi kkritikata sena wara l-oħra minn istituzzjonijiet bħall-GRECO fi hdan il-Kunsill ta’ l-Ewropa. 

Huwa ironiku li wara t-tkaxkir tas-saqajn għal generazzjonijiet sħaħ mill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern biex tgħaddi ligi dwar il-finanzjament tal-partiti, issa qed naraw it-tkaxkir tas-saqajn mill-Partit Nazzjonalista anke meta dan jinsab fl-Oppożizzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow