IL-PRIM MINISTRU JILTAQA' MAL-PRESIDENT-ELETT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta qed taqbel mad-direzzjoni politika tal-President Elett tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker madankollu rridu naraw li din id-direzzjoni tissarraf b'mod konkret.
Il-Prim Ministru qal dan fi tmiem l-ewwel laqgħa ma' Jean-Claude Juncker bhala President tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussel.
Matul il-laqgħa ġie diskuss ukoll l-irwol li jista' jingħata lil l-Kummissarju-nominat Malti Karmenu Vella.
Dr Muscat qal li jidher li hemm konvergenza fil-ħsieb bejn is-Sur Juncker u l-pożizzjoni ta' Malta dwar x'portafoll jista' jingħata lil Malta. Madankollu għad ma hemmx deċiżjoni f'dan is-sens u se jkun hemm iktar diskussjonijiet fiż-żmien li ġej anke fid-dawl ta' diskussjonijiet li qed isiru dwar l-istruttura l-ġdida tal-Kummissjoni.
Il-Prim Ministru qal li b'mod naturali hemm kwistjonijiet fejn il-pożizzjoni ta' Malta u d-direzzjoni politika tal-Kummissjoni Ewropea ma tkunx qed taqbel. Madanakollu hemm rieda u lok ta' diskussjonijiet biex ikun hemm konvergenza fil-ħsieb.
Dr Muscat kellu laqgħa wkoll mal-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz fejn ġiet diskussa l-agenda politika tal-Parlament Ewropew għas-snin li ġejjin u l-mod kif jista' jkun hemm sinergija aħjar bejn il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en