Left arrow Mur Lura

​IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DR GEORGE VELLA JINDIRIZZA KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET DWAR IS-SITWAZZJONI FIL-LIBJA

pr141621
Date Icon 16/07/2014

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Dr.George Vella indirizza konferenza tal-aħbarijiet fejn spjega l-aħħar żviluppi fil-Libja, fejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Malti għamel kuntatt ma’ 264 persuna ta’ nazzjonalità Maltija fil-Libja. Spjega wkoll li mill-informazzjoni li għandu l-Ministeru, 63 persuna ta’ nazzjonalità Maltija li saru kuntatti magħhom qegħdin barra l-Libja, 5 telqu mil-Libja għat-Tuneżija, u 40 persuna oħra għad ma rnexxiex li jsir kuntatt magħhom. Il-Ministeru qed jissokta bl-isforzi tiegħu biex jagħmel kuntatt ma’ dawn in-nies. 

Il-Ministru Vella spjega li skont il-pariri li ngħata l-Ministeru, għalissa m’hemmx il-ħtieġa ta’ evakwazzjoni ta’ Maltin mil-Libja. Il-Ministru Vella spjega li dalgħodu nħareg avviż ta’ vvjaġġar għal-Libja fejn il-Maltin qed jingħataw parir biex ma jivvjaġġawx lejn il-Libja  jekk ma jkollhomx bżonn u biex ikunu kawti speċjalment fiż-żona ta’ madwar l-ajruport ta’ Tripli u l-viċinanzi. 

Dr Vella qal ukoll li l-Ambaxxatur Malti għal-Libja, jinsab Malta wara li attenda l-laqgħa għolja tal-ambaxxaturi  u sfortunatament dakinhar li kellu jivvjaġġa lejn Tripli, l-ajruport ta’ Tripli ingħalaq.  Madankollu l-Ministru spjega li qed isiru sforzi biex fl-ewwel opportunità,  jinstab mezz biex l-Ambaxxatur Malti jmur lejn il-Libja biex jissokta l-missjoni diplomatika tiegħu.  Spjega wkoll li minkejja li fiżikament l-Ambaxxatur Malti għadu mhuwiex qiegħed fi Tripli, dan l-Ambaxxatur, permezz ta’ diversi mezzi tat-teknoloġija, qed jagħmel il-kuntatti kollha li hemm bżonn biex jassisti lill-Maltin fil-Libja. 

Il-Ministru Vella qal ukoll li sa minn qabel ma ġrat din is-sitwazzjoni fil-Libja, il-Ministeru diġà kellu mfassal Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżi, li beda jopera minnufih mill-bieraħ biex jassisti lill-Maltin li hemm fil-Libja.  Dr Vella qal li għalkemm is-sitwazzjoni fil-Libja mhix daqstant feliċi, lanqas m'hi daqshekk drammatika. Qal ukoll li mill-aħħar informazzjoni li daħlet, l-ajruport ta’ Mitiga fi Tripli u anki dak ta’ Misurata, infetħu.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta r-reazzjoni għall-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni fuq il-Libja, fejn irrimarka li l-istqarrija tal-Oppożizzjoni li tgħid li l-Maltin qegħdin f’periklu, mhix fattwali u hija irresponsabbli għax tista’ tallarma lill-familjari tagħhom f’Malta bla bżonn.

Il-Ministru rringrazzja lill-istaff tal-Ministeru li qed jaħdmu fiċ-Ċentru ta’ Rispons għall-kriżi u dawk li b’xi mod jew ieħor, qed jassistu f’din is-sitwazzjoni.

Il-Ministru ħabbar l-informazzjoni ta’ kuntatt maċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżi li huma dawn:


ĊENTRU TA’ RISPONS GĦALL-KRIŻI.

Linja bla ħlas -   8007 2203 (għal min qed iċempel minn Malta)


Linja fissa  -  2204 2200 (għal min qed iċempel minn barra minn Malta. )

Skype -  helplinemfa

Indirizz tal-email  -  crisis.mfa@gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow