Left arrow Mur Lura

IL-PARKEĠĠ TA’ L-EX SPTAR ĠENERALI TA’ SAN LUQA DEVOLUT LURA LILL-KUNSILL LOKALI TAL-PIETÀ

pr141617
Date Icon 16/07/2014

“Il-Parkeġġ ta’ l-ex Sptar Generali ta’ San Luqa jingħata lill-Kunsill Lokali tal-Pietà ”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Dr. Michael Falzon f’konferenza stampa li saret fl-istess Parkeġġ.

Is-Segretarju Parlamentari Falzon beda’ biex qal li l-Gvern ċentrali u l-Kunsill Lokali ħadmu flimkien biex minn “Parkeġġ li tħalla fi stat ta’ telqa, hmieġ, vandaliżmu u post għall-abbuż, jinbidel f’wieħed fejn minnu jgawdi kulħadd, u dan se jseħħ”.  Dr. Falzon qal li l-użu ta’ dan il-Parkeġġ, se jgawdu minnu wkoll ir-residenti tal-Pieta’ u Gwardamangia, fejn qal li waħda mill-kundizzjonijiet fil-kuntratt meta jinghata lill-privat se tkun li se jkun hemm numru ta’ spazji għall-parkeġġ b’xejn ghar-residenti tal-vicin.

L-Avukat Michael Falzon temm jirringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Pietà għall-ħidma kontinwa li qed jagħmel, u li l-flus li se jkunu qed jiddaħħlu minn dan il-parkeġġ se jmorru għall-Kunsill Lokali għall-gid taċ-cittadini tal-madwar.                    

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow