STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA
L-Oppożizzjoni kontra l-immodernizzar tal-Enemalta
Illejla l-Oppożizzjoni wriet b’mod ċar li ma tridx li jsir immodernizzar fl-Enemalta u li beħsieba tkompli timxi fl-istess passi ta’ meta kienet fil-Gvern. Il-pożizzjoni tal-Enemalta qabel l-elezzjoni ġenerali kienet ta’ korporazzjoni bla futur u b’ 840 miljun ewro dejn.
Wara li ostakolat id-dibattitu dwar l-immmodernizzar meħtieġ fl-Enemalta, l-Oppożizzjoni ddikjarat li se tkun qed tivvota kontra l-att propost mill-Gvern.
L-Oppożizzjoni kellha ż-żmien kollu stipulat skont il-liġi biex tkun tista tevalwa dan l-abbozz.
Għal kuntrarju ta’ dak li qalet l-Oppożizzjoni l-oġġettiv ewlieni ta’ dan l-att huwa l-ħolqien ta’ Enemalta f’forma ta’ kumpanija moderna. Kumpanija li ma tibqax ballun politiku imma li ssir enitità moderna li tixraq lill-pajjiż fis-seklu wieħed u għoxrin.
L-Oppożizzjoni trid biss itellef dan il-progress fejn sa mill-bidu tas-seduta talbet għal ruling biex ma jsirx id-dibattitu u qed tagħżel li tinterpreta t-tibdil kif jaqblilha ħalli tkun tista tiġġustifika d-deċiżjoni fqira tagħha li tivvota kontra l-proposti stipulati.
Il-proposti tal-Gvern huma spejgati ċari u fid-dettall f’dan l-att. Dan il-Gvern qed jaħdem biex minn mażżra fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna, l-Enemalta tinbidel f’mutur tal-ekonomija.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en