Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI

pr141607
Date Icon 15/07/2014

Il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti ma tistax tistenna iktar.

Il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti ma tistax tinstenna iktar għaliex din hija liġi li se timponi regoli ċari dwar kif, fost oħrajn, il-partiti politiċi jistgħu jiġbru fondi mid-donazzjonijiet u jimmaniġjaw il-flus tagħhom sabiex tikber is-serjetà f’qasam daqshekk kruċjali tad-demokrazija tagħna.

Minħabba t-tkaxkir tas-saqajn ta’ gvernijiet preċendenti tal-Partit Nazzjonalista li qatt ma lleġiżlaw favur din il-liġi li ddaħħal serjetà  u trasparenza fit-tmexxija tal-finanzi tal-partiti politiċi, pajjiżna qiegħed taħt eżami minn entitajiet internazzjonali bħall-GRECO fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa li wissew bl-iktar mod ċar li ma jistax ikun li l-ligi ddum iktar biex tidħol fis-seħħ.  Għalhekk il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti għandha tgħaddi mill-Parlament skont kif pjanat, jiġifieri qabel il-waqfa għas-sajf fl-interess taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin u fl-interess tar-reputazzjoni ta’ pajjiżna.

Il-Gvern ma jemminx li issa huwa l-waqt li jibda jiġi diskuss finanzjament lil partiti mit-taxxi tal-poplu.

Il-Gvern jemmen li l-ewwel, ‎il-partiti politiċi għandhom jagħtu xhieda tal-impenn tagħhom favur tmexxija trasparenti u serja tal-finanzi tagħhom billi jaderixxu u jżommu mal-liġi ġdida li qed iressaq dan il-Gvern.

Il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti li l-Gvern ressaq quddiem il-Parlament wara konsultazzjoni pubblika għal xhur sħaħ, fil-fatt, se tagħmel propju hekk. Se ddaħħal serjetà u regolamentazzjoni ċara kif partiti jirregolaw b’mod trasparenti l-finanzi tagħhom. B’hekk il-partiti politiċi jkunu qed jagħtu prova ta’ kemm huma lesti li jħaddnu politika nadifa fit-tmexxija finanzjarja tagħhom.‎

Huwa biss jekk l-implimentazzjoni tal-liġi tkun suċċess fl-ewwel snin tagħha, li mbaghad tkun tista' ssir diskussjoni Nazzjonali dwar il-passi li jmiss.

Il-Gvern jemmen li‎ diskussjoni bħal din ma tistax issir bejn Gvern u Oppożizzjoni biss, iżda għandha tkun pubblika u miftuħa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow