Left arrow Mur Lura

ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN TA’ MALTA B’RATA TA’ MGĦAX FISSA

pr141605mt
Date Icon 15/07/2014

L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta’ €100,000,000 Stock tal-Gvern ta’ Malta suġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar b’massimu ta’ €80,000,000 kif ġej:-

(i)

2% Stock tal-Gvern ta' Malta 2020 (V), u

(ii)

4.1% Stock tal-Gvern ta' Malta 2034 (I), jew

(iii)

f’ammonti miż-żewġ Stocks b’valur nominali flimkien ta’ €100,000,000.

L-applikazzjonijiet jiftħu it-Tnejn it-28 ta’ Lulju, 2014 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General :

  • fil-5.00 p.m. tal-Erbgħa t-30 ta’ Lulju, 2014 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna, u
  • f’nofsinhar tat-Tnejn l-4ta’ Awwissu, 2014 għall-applikazzjonijiet li jkunu  magħmula f’offerti b’irkant.

Il-prezz għal kull Stock imsemmi f’ (i) u (ii) hawn fuq, li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku għandu jiġi stabbilit nhar il-Ħamis l-24 ta’ Lulju, 2014.  Il-prezz ta’ kull stock jiġi mħabbar lill-Borża ta’ Malta u ppubblikat fil-ġurnali ta’ kuljum u permezz ta’ Press Release maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).

L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment.  Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor mill-Ġimgħa l-25 ta’ Lulju, 2014 .

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett li jista’ jitniżżel minn fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt) mit-Tlieta l-15 ta’ Lulju, 2014.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow