Left arrow Mur Lura

“IL-PARTEĊIPAZZJONI ATTIVA TAN-NISA FID-DINJA TAX-XOGĦOL U TAL-IMPRENDITORIJA HIJA ESSENZJALI BIEX NILĦQU T-TRAGWARD GĦAL TKABBIR EKONOMIKU LI JILĦAQ LIL KULĦADD.” - IL-MINISTRU CARDONA

pr141604
Date Icon 15/07/2014

Waqt żjara lill-kumpanija Totally Fresh, magħrufa aktar bħala Smoochie għall-prodotti tagħha, il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona, iltaqa’ mad-Direttriċi tal-kumpanija, Sandra Zammit u mal-ħaddiema ta’ din il-kumpanija li huma kollha nisa.

Il-Ministru Cardona faħħar l-inizjattivi innovattivi li ħadet din il-kumpanija f’diversi oqsma tal-imprenditorija, mhux biss bil-prodotti li tipproduċi, iżda wkoll b’mudelli ġodda ta’ negozju li flimkien kienu elementi essenzjali għas-suċċess ta’ din il-kumpanija. Waqt din iż-żjara, il-Ministru Cardona kien infurmat li din il-kumpanija se tibda toffri prodott ġdid mill-aħħar ta’ din is-sena biex b’hekk tkompli żżid il-prodotti tal-ikel friski u ġenwini li tipproduċi. Apparti x-xarba magħmula minn frott frisk, ‘Smoochie’, issa din il-kumpanija se tkun qiegħda toffri wkoll diversi sopop magħmula minn ħaxix u ingredjenti friski.

Il-Ministru Cardona spjega kif bl-għajnuna u l-inkoraġġament li sabet minn skema li kienet varat il-Malta Enterprise dak iż-żmien għal nisa li kienu waqfu jaħdmu wara li kellhom it-tfal biex jibdew in-negozju tagħhom, Sandra Zammit iddeċidiet li tiftaħ kumpanija biex toħloq prodott differenti minn dak li kien disponibbli fil-ħwienet Maltin. Dr. Cardona qal li Smoochie illum toffri impjieg lil numru ta’ nisa oħra li bħal Sandra Zammit għandhom il-familji tagħhom u li għandhom bżonn kundizzjonijiet tax-xogħol li jippermettu ċertu flessibilità.  

Dr. Cardona qal li l-aspett ta’ imprenditorija fost in-nisa huwa importanti ħafna għal dan il-gvern filwaqt li inkoraġġixxa aktar tfajliet u nisa jidħlu fid-dinja tal-imprenditorija u fid-dinja tax-xogħol.

“Il-parteċipazzjoni attiva tan-nisa fid-dinja tax-xogħol u tal-imprenditorija hija essenzjali biex nilħqu it-tragward għal tkabbir ekonomiku li jilħaq lil kulħadd” saħaq il-Ministru Cardona.

Il-Ministru Cardona tkellem ukoll fuq l-aħħar rapport tal-aġenżija ta’ kreditu Standard & Poor’s li affermat li l-ekonomija ta’ Malta hi stabbli u mistennijja tkompli tikber għas-snin li ġejjin, grazzi għar-riformi li qed jagħmel dan il-Gvern, fosthom b'inizjattivi biex aktar nisa joħorġu jaħdmu.

Dr. Cardona kkonkluda billi awgura lid-Direttriċi tal-kumpanija Totally Fresh filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema u imprendituri Maltin u oħrajn li jinvestu f'pajjiżna għal fiduċja li qed juru fl-ekonomija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow