“IMPENJATI BIS-SĦIĦ BIEX NINDIRIZZAW L-ISFIDA TAD-DIJABETE” - CHRIS FEARNE
Waqt il-Kumitat ta’ Ħidma Parlamentari dwar id-Dijabete, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne tkellem fuq l-impenn tal-gvern biex tkun indirizzata l-isfida tad-dijabete f’pajjiżna. Chris Fearne ħabbar li l-gvern qed jahdem biex titfassal Strateġija Nazzjonali li għandha tgħin lil persuni li għandhom din il-kundizzjoni u fl-istess ħin jinforma u jeduka dwarha.F’dan ir-rigward, twaqqaf grupp apposta li ser ikun qed jagħmel laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders fis-settur, inkluż għaqdiet non-governattivi, professjonalisti u pazjenti. Is-setturi li ser ikunu qegħdin ikunu diskussi jinkludu: l-perċezzjoni fuq is-servizzi kurrenti, trattamenti ġodda w innovattivi, appoġġ u rijabilitazzjoni, l-aspetti psikosoċjali tad-dijabete, il-politika ta’ prevenzjoni u kampanji ta’ għarfien speċjalment qalb gruppi vulnerabbli bħat-tfal u għall-anzjani.
Id-dokument ta’ konsultazzjoni ser jitnieda għall-pubbliku fl-14 ta’ Novembru 2014, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Dijabete.
Chris Fearne qal lil Kumitat “Aħna impenjati bis-serjeta’ li nindirizzaw din il-kundizzjoni li fost il-poplu Malti tammonta għal għaxra fil-mija tal-popolazzjoni li jfissru tletin elf persuna li għandhom din il-kundizzjoni u jeħtieġ li jingħataw servizz tajjeb u aħjar milli qed jingħataw illum”
Is-Segretarju Parlamentari qal li avolja bħalissa qegħda tiġi offruta kura komprensiva kemm mis-servizzi tas-saħħa pubbliċi u dawk privati, madanakollu din għandha bżonn titjib sostanzjali wara n-nuqqas ta’ innovazzjoni u investiment li dan is-settur sofra f’dawn l-aħħar għaxar snin.
Il-Gvern bħalissa qiegħed jaħdem fuq diversi inizjattivi biex jipprovdi kura aħjar lill-persuni li għandhom id-dijabete. Dawn jinkludu investiment fl-apparatat ġdid, Fundus Camera fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta u l-Floriana f’Awwissu li ġej, aktar taħriġ intensiv lit-tobba fil-ġimgħat li ġejjin, Post-Graduate Diplomata in Dietetics f’Settembru li jmiss flimkien mal-introduzzjoni tar-Reġistru tad-Dijabete fis-sena 2015.
Chris Fearne temm jgħid li l-għan wara l-istrateġija nazzjonali kontra d-dijabete ser ikun pass ieħor ’il quddiem:
- Biex titjieb tal-kwalità tal-ħajja għall-persuni b’dijabete u l-familji tagħhom;
- Biex jissaħħaħ lir-rwol tal-professjonisti fil-qasam tal-kura primarja flimkien mas-servizzi offruti lit-tfal u l-adoloxxenti;
- Biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet ta’ gruppi vulnerabbli bħal persuni bi problemi ta’ saħħa mentali u d-dijabete;
- Biex jiġu mogħtija dijanjosi u trattamenti aktar kmieni biex jiġu evitati kumplikazzjonijiet oħra.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en