IL-GVERN IĦABBAR RIFORMA SĦIĦA FIR-REGOLAMENTI TAL-INSIB
Riforma tal-parametri legali tal-insib tal-għasafar
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali irreveda ir-regolamenti tal-insib tal-għasafar sabiex isaħħaħ numru ta’ kontrolli legali li jikkonċernaw din l-attività. L-emendi tar-regolamenti li ser jidħlu fis-seħħ għada il-15 ta’ Lulju 2014, jinkludu definizzjonijiet legali ċari tal-attività tal-insib, l-imnasab, u definizzjonijiet oħra. Dawn l-emendi jimponu restrizzjonijiet fuq l-ammont u d-daqs tal-imnasab, it-tip ta’ apparat li jista’ jintuża, u l-metodu ta’ kif l-insib jista’ jkun permess. Ir-regolamenti jestendu l-protezzjoni legali tax-xagħri ġewwa siti Natura 2000 għal kull abitat li jinsab fl-Iskeda I tar-Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali (AL 257 tal-2003, kif emendat) ġewwa siti Natura 2000, kif ukoll protezzjoni għal żoni oħra ‘l barra mis-siti Natura 2000 li fihom abitati naturali, inkluż f’Żoni ta’ Importanza Ekoloġika u Siti ta’ Importanza Xjentifika skedati bħala Livell 1 u Livell 2. Meħuda flimkien, dawn iż-żoni protetti fejn l-insib huwa jew pprojbit kompletament jew ristrett għal art agrikola reġistrata, jammontaw għal madwar kwart tat-territorju nazzjonali.
Ir-regolamenti jipprojbixxu ukoll mnasab ġodda. Bħalissa għaddej eżerċizzju ta’ reġistrar ta’ mnasab, immexxi mill-Wild Birds Regulation Unit, sabiex jiġi żgurat li jiġu reġistrati biss mnasab li jilqgħu l-kriteriji msemmija hawn fuq. L-insib fuq imnasab li ma ġewx reġistrati mhux ser jitħalla jsir u dawn ir-regolameti ser ikunu strettament infurzati. L-imnasab reġistrati ser jiġu ipplottjati u din l-informazzjoni tintuża għal skop ta’ infurzar.
L-Istaġun tal-Insib fil-Ħarifa 2014
Wara li evalwa ir-rakomandazzjoni tal-Kumitat Ornis, kif ukoll il-pariri xjentifiċi, tekniċi u legali, is-Segretarjat Parlamentari ser japplika żewġ derogi separati skont Artikolu 9(1)(f) tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (L.S. 504.71) sabiex jiġi permess, taħt kondizzjonijiet strettament sorveljati, l-insib u ż-żamma ta’ seba’ speċi tal-għana (Ġojjin, Gardell, Verdun, Ekra, Taż-Żebbuġ, Sponsun u Apparell), kif ukoll il-Pluviera u l-Malvizz fil-Ħarifa 2014. Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes tenna li l-insib tal-għasafar tal-għana b’deroga fil-Ħarifa 2014 mhux ser ikun bħal kif kien jiġi pprattikat qabel l-2009, iżda ser ikun staġun limitat, strettament sorveljat u suġġett għal diversi kontrolli u infurzar.
Ir-Regolamenti li jispjegaw fid-dettal il-parametri u l-kontrolli assoċjati ma’ dawn iż-żewġ derogi ser jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern għada il-15 ta’ Lulju 2014, u jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku tal-Wild Birds Regulation Unit minn dan il-link http://msdec.gov.mt/en/Pages/WBRU/Legislation--Policy.aspx.
L-istaġun tal-insib għall-dawn l-ispeċi ser jiftaħ mill-20 t’Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2014, iz-żewġ dati inklużi. Ser ikunu jistgħu jonsbu biss dawk il-persuni li jkollhom il-liċenzja ġenerali tal-insib (Carnet de Chasse), il-liċenzji speċjali assoċjati ma’ dawn iż-żewġ derogi u l-mapep reġistrati mal-Wild Birds Regulation Unit. L-ebda insib ma jista’ jsir fuq mnasab li ma ġewx reġistrati.
Il-parametri tal-istaġun huwa spjegat hawn taħt:
Speċi | Dati tal-istaġun | Kwota individwali għal kull liċenzjat matul l-istaġun | Obbligi biex jiġi rrapportat x’jinqabad | L-ammont u tip ta’ għajat u taħrik permess | Obbligu li jintlibes ċurkett ma’ sieq l-għasfur li jinqabad | Mnasab | Xbieki |
Pluviera u Malvizz | Mill-20 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2014 | Total ta’ 6 għasafar (kwalunkwe taħlita miż-żewġ speċi) | Fil-Carnet de Chasse u permezz tal-mowbajl fuq in-numru indikat fil-liċenzja speċjali. | Kwalunkwe taħlita miż-żewġ speċi sa massimu ta’ 10 għasafar. It-taħrik u l-għajat tal-pluvieri u mlievez irid ikollhom ċurkett f’saqajhom li jintuża darba biss kif approvat mid-WBRU | Jekk għasfur maqbud ser jintuża bħala għajat jew taħrik, irid ikollu ċurkett f’saqajh li jintuża darba biss kif approvat mid-WBRU | Mhux aktar minn 4 mnasab għal kull liċenzjat (massimu ta’ tnejn minn dura u tnejn minn dura oħra). Huma permessi biss imnasab li ġew reġistrati mad-WBRU. | Daqs massimu ta’ 60 metri kwadri għal kull xibka. Malji mhux inqas minn 30mm. |
Seba’ speċi tal-għana: Ġojjin, Gardell, Verdun, Ekra, Taż-Żebbuġ, Sponsun u Apparell | Total ta’ 10 għasafar (kwalunkwe taħlita mis-seba’ speċi tal-għana) | Mhux aktar minn 21 tal-għana/bgħula (kwalunkwe taħlita mis-seba’ speċi iżda mhux aktar minn 7 għasafar/bgħula ta’ speċi waħda fi kwalunkwe ħin). It-taħrik/għajat irid ikollu ċurkett magħluq jew ċurkett li jintuża darba biss kif approvat mid-WBRU | L-għasafar kollha maqbuda irid jitlibbsilhom ċurkett f’saqajhom li jintuża darba biss kif approvat mid-WBRU | Daqs massimu ta’ 38 metri kwadri għal kull xibka. Malji mhux inqas minn 18mm. |
Applikazzjonijiet għall-liċenzji ġenerali u liċenzji speċjali
Applikazzjonijiet għall-liċenzji ġenerali (Carnet de Chasse) u liċenzji speċjali ser jintlaqgħu mill-fergħat kollha tal-Posta f’Malta u Għawdex mill-15 ta’ Lulju sat-2 ta’ Awissu waqt il-ħinijiet tal-ftuħ. Ma jiġux aċċettati aktar applikazzjonijiet wara dan il-perjodu.
Applikanti li diġa għandhom il-liċenzja ġenerali (Carnet de Chasse) tal-insib jistgħu japplikaw għall-liċenzja speċjali tal-insib għall-għasafar tal-għana jew għall-liċenzja speċjali tal-insib tal-pluviera u malvizz, jew għaż-żewġ liċenzji speċjali. Applikanti li għad m’għandhomx il-Carnet de Chasse Għall-Insib 2014-15 huma mitluba jużaw l-istess formola tal-applikazzjoni biex japplikaw għall-liċenzja ġenerali u għall-liċenzja/i speċjali.
Il-rekwiżiti tal-applikazzjoni għal kull tip ta’ liċenzja huma spjegati hawn taħt:
Speċi | Dati tal-istaġun | Kwota individwali għal kull liċenzjat matul l-istaġun | Obbligi biex jiġi rrapportat x’jinqabad | L-ammont u tip ta’ għajat u taħrik permess | Obbligu li jintlibes ċurkett ma’ sieq l-għasfur li jinqabad | Mnasab | Xbieki |
Pluviera u Malvizz | Mill-20 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2014 | Total ta’ 6 għasafar (kwalunkwe taħlita miż-żewġ speċi) | Fil-Carnet de Chasse u permezz tal-mowbajl fuq in-numru indikat fil-liċenzja speċjali. | Kwalunkwe taħlita miż-żewġ speċi sa massimu ta’ 10 għasafar. It-taħrik u l-għajat tal-pluvieri u mlievez irid ikollhom ċurkett f’saqajhom li jintuża darba biss kif approvat mid-WBRU | Jekk għasfur maqbud ser jintuża bħala għajat jew taħrik, irid ikollu ċurkett f’saqajh li jintuża darba biss kif approvat mid-WBRU | Mhux aktar minn 4 mnasab għal kull liċenzjat (massimu ta’ tnejn minn dura u tnejn minn dura oħra). Huma permessi biss imnasab li ġew reġistrati mad-WBRU. | Daqs massimu ta’ 60 metri kwadri għal kull xibka. Malji mhux inqas minn 30mm. |
Seba’ speċi tal-għana: Ġojjin, Gardell, Verdun, Ekra, Taż-Żebbuġ, Sponsun u Apparell | Total ta’ 10 għasafar (kwalunkwe taħlita mis-seba’ speċi tal-għana) | Mhux aktar minn 21 tal-għana/bgħula (kwalunkwe taħlita mis-seba’ speċi iżda mhux aktar minn 7 għasafar/bgħula ta’ speċi waħda fi kwalunkwe ħin). It-taħrik/għajat irid ikollu ċurkett magħluq jew ċurkett li jintuża darba biss kif approvat mid-WBRU | L-għasafar kollha maqbuda irid jitlibbsilhom ċurkett f’saqajhom li jintuża darba biss kif approvat mid-WBRU | Daqs massimu ta’ 38 metri kwadri għal kull xibka. Malji mhux inqas minn 18mm. |
Min jixtieq xi kjarifika jista’ jċempel lill-Wild Birds Regulation Unit fuq in-numri 23886214 / 215 mid-9am san-12:30pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en