STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL-FAMILJA U S-SOLIDARJETÀ SOĊJALI
Imwaqqaf il-Kumitat Soċjetà Ġusta
Waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għal-Familja u s-Solidarjetà Socjali Michael Farrugia nieda il-Kumitat Soċjetà Ġusta. Michael Farrugia qal illi dan se jkun kumitat operazzjonali bejn l-aġenziji kollha, kemm governattivi kif ukoll non-governattivi, sabiex ikun hemm koordinament aħjar fis-servizzi fil-qasam soċjali.
Il-Ministru Farrugia qal illi l-Kumitat Soċjetà Ġusta se jkun qed jaħdem biex wara li jsir eżerċizzju ta’ ristrutturar, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali tibda tiffunzjona bħala awtorità. Huwa semma kif il-Kumitat huwa magħmul minn persuni li ġejjin mis-settur governattiv, non-governattiv u anki mill-Knisja. Dan kollu se jkun qed isir biex ma jkunx hemm duplikazzjoni tax-xogħol, filwaqt li jkunu magħrufa metodi ġodda u soluzzjonijiet għal-problemi eżistenti.
Michael Farrugia qal illi bħalissa għaddejin diskussjonijiet mal-Knisja dwar bini li huwa vojt u jista’ jintuża għal-skop soċjali.
Huwa temm jgħid illi dan il-Kumitat se jahdem sabiex ikollna tassew Soċjetà Ġusta iktar milli writna.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en