Left arrow Go Back

JIBDA L-PROGRAMM TAL-KMS ‘SUMMER ON THE MOVE’

pr141592
Date Icon 14/07/2014

Summer on the Move, il-programm sportiv tal-Kunsill Malti għall-Isport, beda llum b’rekord ta’ ’lfuq minn 3500 parteċipant.

Il-programm qed ikun offrut fil-kumplessi sportivi tal-KMS; dawk tal-Kottonera, Ħal Kirkop u Tal-Qroqq, kif ukoll  fl-iskejjel tal-Mosta u tas-Siġġiewi.  Huma diversi d-dixxiplini sportivi offruti f’dan il-programm, fejn jibqgħu l-iżjed popolari l-għawm, il-ġinnastika, il-baskitbol u l-futbol. Għal din l-edizzjoni, il-Kunsill Malti għall-Isport ħaseb biex għall-ewwel darba joffri l-programm tal-karting matul il-ġimgħa. 

Il-programm Summer on the Move huwa mfassal b’tali mod biex dawk il-ġenituri li jwasslu lit-tfal fid-diversi ċentri, jkunu jistgħu jipparteċipaw f’attività sportiva ddisinjata apposta għalihom. Hemm diversi programmi għall-adulti minn fejn wieħed jista’ jagħżel, li jsiru f’kull ħin tal-ġurnata u fiċ-ċentri kollha.  Dawn il-programmi huma popolari ħafna u jvarjaw minn għawm u Zumba għal Tai Chi u ħafna oħrajn.

Din is-sena ġew ukoll reveduti l-prezzijiet biex dejjem ikunu vantaġġjużi, speċjalment għal dawk li jridu jużaw is-servizz il-ġimgħa kollha.  Il-programm se jibqa’ għaddej sal-5 ta’ Settembru 2014.

Din hija il-11-il edizzjoni ta’ dan il-programm li fih jistgħu jipparteċipaw tfal, żgħażagħ u adulti minn 4 snin ’il fuq.  Għal dan il-programm qed ikunu utilizzati 200 kowċ speċjalizzat li qed jieħdu ħsieb li jagħtu l-attenzjoni meħtieġa lil kull parteċipant.  L-għan prinċipali ta’ dan il-programm hu li l-parteċipanti jitħarrġu u jgħixu ħajja aktar sana.

Minħabba din il-parteċipazzjoni qawwija fil-Pixxina Nazzjonali, ħafna mil-lanes qed ikunu meħudin mit-tfal ta’ Summer on the Move, għalhekk il-Kunsill Malti għall-Isport ħaseb biex jestendi s-sigħat għall-membri tiegħu tal-programm 60+.  Filfatt issa l-ħin ġie estiż min-nofsinhar sal-4pm biex għalhekk min ikun irid jibbukkja jkollu iżjed flessibiltà.  Il-ħinijiet tal-programm 60+ huma bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa mit-8am sal-4pm.

Il-Kunsill Malti għall-Isport dejjem jara kif joffri l-aħjar servizz lill-klijenti tiegħu u dan jixhdu s-suċċess kbir li kellu f’dan l-ewwel jum tal-programm Summer on the Move.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow