Left arrow Go Back

MALTCO TIĊĊELEBRA L-10 SENA MIT-TWAQQIF TAGĦHA

pr141591
Date Icon 14/07/2014

Fl-okkażjoni tal-10 anniversarju mit-twaqqif tal-Maltco, is-Segretarju Parlamentari José Herrera qal li din il-kumpanija, sa mit-twelid tagħha f’pajjiżna, dejjem kienet storja ta’ suċċess. Illum din il-kumpanija hija opportunità ta’ impjieg għal għexieren ta’ ħaddiema u sidien tal-banek tal-lottu. 

José Herrera tkellem dwar is-suċċess tal-Maltco fl-industrija tal-logħob. 

Is-Segretarju Parlamentari radd ħajr lil Maltco tal-kontribuzzjoni tagħhom f’din l-industrija, li llum hija waħda mill-kontrbuturi ewlenin tal-ekonomija tagħna. Huwa radd ħajr lill-kumpanija talli temmen u tappoġġja bis-sħiħ it-twaqqif ta’ fondazzjoni għal-logħob responsabbli.  

Fid-diskors tiegħu José Herrera tkellem ukoll dwar il-perikli kaġunati minn mezzi llegali li qed jikkawżaw ħsara lis-soċjetà u lill-industrija nnifisha u attivitajiet oħra tal-isport. Dan il-periklu jista’ jiġi mitigat biss jekk pajjiżna jkompli jkollu ġurisdizzjoni b’saħħitha u ta’ reputazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow