MIDALJA TAL-FIDDA GĦAT-TIM NAZZJONAL MALTI TAL-BASKETBALL
Midalja tal-Fidda storika mirbuħa mit-Tim Nazzjonali Malti tal-Basketball maskili li kien qed jikkompeti fil-FIBA European Championship for Small Countries li saru f’Ġibilta’
Malta għelbet lill-Iskozja 87-82, lil Wales 93-75 biex spiċċaw fl-ewwel post ta’ Grupp B u għaddew għas-semifinali fejn rebħu lil San Marino 89-68. Fil-finali huma kienu megħluba minn Andorra bl-iskor minimu ta’ 66-63.
Samuel Deguara rebaħ wkoll il-Fair Play Award, filwaqt li Josh Jackson intagħzel bħala wieħed mit-Tim tat-turnew. Huwa rebaħ wkoll l-MVP Award (l-aħjar plejer).
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius feraħ lill-President tal-MBA Paul Sultana, lill-kowċ tat-tim nazzjonali Paolo Di Fonzo u lit-tim nazzjonali tal-basketball għar-rebħ tal-midalja tal-fidda. Dan huwa unur triplu għall-basketball f’pajjiżna hekk kif ftit tal-jiem ilu t-tim Nazzjonali tal-ġuvintur U16 rebaħ il-midalja tad-deheb filwaqt li dak tat-tfajliet U16 rebaħ dik tal-fidda fil-Kampjonati Ewropej tal-FIBA ta’ taħt is-16-il sena.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en