Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI -MESSAĠĠ FIL-MITEJN ANNIVERSARJU TAL-KORP TAL-PULIZIJA

pr141585
Date Icon 12/07/2014

Fil-mitejn anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, il-Ministru għall-intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia jsellem lill-membri kollha tal-Korp li wettqu dmirhom fi ħdan dan il-Korp sabiex jiġġieled il-kriminalità f’pajjiżna u jkun ta’ servizz lejn iċ-ċittadini kollha Maltin u Għawdxin.

 Il-Gvern għandu pjanijiet fit-tul għal dan il-Korp li minkejja li saru ħafna avvanzi f’dawn ix-xhur, għad baqa’ ħafna xi jsir, u għalhekk l-appell tal-Ministru Manuel Mallia, hu biex kulħadd jiġbed ħabel wieħed. Il-Ministru Manuel Mallia f’din l-okkażjoni mhux ser jaqa’ għal battibekki politiċi, iżda jrid iħares il quddiem u aktar minn konfronti poltiċi, jixtieq jara kunsens nazzjonali  biex id-demoralizzazjoni li kienet ilha għaddejja fil-Korp tal-Pulizija , titneħħa u minflokha jidħol entuzjazmu.

Membru fil-Korp tal-Pulizija għandu jkun kburi li jagħmel parti minn dan il-Korp. Il-Gvern iwiegħed li ser ikompli jirristruttura lil dan il-Korp  biex ikun wieħed dejjem qrib in-nies. Il-Ministru Mallia qal li f’dawn l-erbatax –il xahar sar ħafna , ħloqna r-Rapid Intervention Unit, bnejna għases ġodda f’lokalitajiet fejn hemm rata għolja ta’ kriminalità u ħloqna strutturi ġodda fi ħdan l-Korp biex isir wieħed modern u effettiv għaż-żminijiet ta’ llum. Iżda fuq kollox għamilna id-dritt tal-Union għall-Korpi Dixxiplinati kollha li kien ilu jiġi imwiegħed żmien, realta’.

F’dan il-jum nawgura li kull membru tal-Korp ikun kuntent  fuq il-post tax-xogħol tiegħu bid-drittijiet tiegħu imħarsa. Il-Ministru Manuel Malllia qal li l-gvern ser ikompli jisma’ kif sema’ f’dawn ix-xhur, kemm minn nies li jaħdmu fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, kif ukoll mill-poplu u nies esperti oħrajn, sabiex il-Korp ikompli javvanza.

Il-Minsitru Manuel Mallia jirringrazzja lill-membri kollha tal-Korp tal-ħidma tagħhom u lill-familji tagħhom tal-appoġġ li jtuhom għax jifhem li mhux faċli li fil-mument meta ħafna familji ikunu magħqudin flimkien , ħafna pulizija jkunu fuq il-lant tax-xogħol jaqdu dmirjiethom.

Dan il-jum għandu jkompli jimlina kuraġġ u entużjazżmu għall-futur tal-Korp tal-Pulizija, temm jgħid il-Ministru Manuel Mallia.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow