Left arrow Mur Lura

Il-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DR GEORGE VELLA JINDIRIZZA LILL-AMBAXXATURI F’GĦELUQ IL-LAQGĦA GĦOLJA

pr141581
Date Icon 11/07/2014

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George Vella qal li minkejja l-limitu ta’ riżorsi li jaħdmu fihom, l-ambaxxaturi li jirrappreżentaw lil Malta barra l-pajjiż, jirnexxielhom jagħmlu xogħol li permezz tiegħu iġibu tant ġid, u proġetti fl-interessi ta’ Malta.  Dr Vella qal li japprezza l-kontribut tal-ambaxxaturi li qed jagħmlu l-almu tagħhom anki meta jaħdmu f’pajjiżi diffiċli. 

Dr Vella qal li apprezza s-sehem tal-ambaxxaturi Maltin f’din il-laqgħa għolja, u li l-Ministeru se jkun qed jindirizza l-ilmenti u s-suġġerimenti li saru fosthom dwar in-nuqqas ta’ riżorsi umani u finanzjarji u li se jagħmel l-almu tiegħu biex isir it-titjib li hemm bżonn. 

Il-Ministru Vella qal li minn din il-laqgħa għolja ħareġ ċar li hemm bżonn ta’ iktar qsim ta’ informazzjoni anki mill-Ministeri biex l-ambaxxati jkunu jistgħu jagħmlu ħidma iktar sfiqa għall-pajjiż. 

Il-Ministru qal li konvint li ebda ambaxxatur Malti b’rappreżentanza permanenti barra l-pajjiż ma daħal għal din il-missjoni diplomatika għal skop finanzjarju, iżda għaliex hemm dak is-sodisfazzjon li jinġieb l-interess li hemm bżonn lejn pajjiżna.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin temm id-diskors tiegħu billi fakkar fl-isfidi li għandu quddiemu pajjiżna fiż-żmien li ġej, u l-irwol importanti li għandhom l-ambaxxati f’dan ir-rigward, fosthom fis-summit taċ-CHOGM li se jiġi organizzat fis-sena 2015, il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fis-sena 2017, il-ħidma kontinwa fi ħdan l-Unjoni Ewropea, fl-OSCE, in-Nazzjonijiet Magħquda u f’organizazzjonijiet internazzjonali oħra.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow