IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA JUSTYNE CARUANA ŻŻUR IĊ-ĊENTRU TA’ MATUL IL-JUM TA’ WIED IL-GĦAJN
Iċ-Ċentru ta’ Wied il-Għajn huwa wieħed minn dawk iċ-ċentri li se jgawdu minn xogħlijiet ta’ manutenzjoni
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana, żaret iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għal Persuni b’Diżabilità f’Wied il-Għajn.
Dr Caruana daret ma’ dan iċ-ċentru biex tara x’manutenzjoni se ssir f’dan iċ-ċentru. Justyne Caruana enfasizzat li dawn ix-xogħlijiet ilhom meħtieġa diversi snin u għalhekk għadhom isiru mill-aktar fis possibli. Hija qalet li dan iċ-ċentru huwa wieħed minn dawk li se jgawdu xogħol ta’ rinnovar li se jsir b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Infrastruttura u Trasport u fil-fatt ix- xogħol diġà beda.
Is-Segretarju Parlamentari kienet ukoll akkumpanjata minn rappreżentant tal-Ministeru għall-Infrastruttura u Trasport. Fost iċ-ċentri li se jkunu qegħdin igawdu minn dawn ix-xogħlijiet huma ċ-Ċentri tal-Kottonera, Gwardjola, Ħal Far u Wied il-Għajn.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en