INFO DESK FL-AJRUPORT INTERNAZZJONALI TA’ MALTA BIL-GĦAN LI TITQAJJEM AKTAR KUXJENZA FUQ ID-DRITTIJIET TAL-PASSIĠĠIERI BĦALA KONSUMATURI
Fl-ewwel sitt xhur tal-2014 l-MCCAA irċeviet 163 talba għall-kumpens relatat ma’ titjiriet
L-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) flimkien maċ-Ċentru Ewropew għall-Konsumatur dalgħodu tellgħu information desk fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta bil-għan li titqajjem aktar kuxjenza fost il-passiġġieri dwar id-drittijiet tagħhom.
Dawn id-drittijiet jistabilixxu l-kumpens u l-assistenza li għandhom jingħataw dawk il-passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu fuq titjira minħabba overbooking, kanċellament jew dewmien twil fit-titjiriet. Hemm ukoll drittijiet għal passiġġieri b’diżabilità fejn kumpaniji tal-ajru ma jistgħux jiddiskriminaw kontrihom meta jkunu qed jibbukkjaw titjira jew waqt il-ħin tal-imbark.
Fl-aħħar xhur l-MCCAA imbarkat fuq kampanja ta’ għarfien permezz tar-radju u t-televiżjoni biex il-konsumatur ikun aktar konxju mid-drittijiet tiegħu. Barra minn hekk, infetħu diversi information desks fiċ-ċentri kummerċjali biex l-Awtorità tersaq aktar qrib tal-konsumatur u tiffaċilità l-komunikazzjoni.
Fl-ewwel sitt xhur tal-2014, saru 163 talba għal kumpens li minnhom 34 kienu riferuti għal entitajiet oħra minħabba li t-titjira kienet telqet minn dak il-pajjiż fl-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin saru 68 talba għall-kumpens bħala riżultat ta’ kanċellament tat-titjira waqt li 61 talba kienu jikkonċernaw dewmien fit-titjira.
Jeżistu madwar 30 ċentru bħal dawn fl-Ewropa fejn ir-rwol tagħhom hu li jipprovdu informazzjoni u assistenza lill-konsumaturi li jkunu għamlu xi forma ta’ xiri minn stat membru ieħor.
Iċ-Ċentru huwa responsabbli għall-ilmenti tal-konsumatur fuq telf jew ħsara ta’ bagalji jew għal dewmien fil-wasla tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en