Left arrow Go Back

INFO DESK FL-AJRUPORT INTERNAZZJONALI TA’ MALTA BIL-GĦAN LI TITQAJJEM AKTAR KUXJENZA FUQ ID-DRITTIJIET TAL-PASSIĠĠIERI BĦALA KONSUMATURI

pr141577
Date Icon 11/07/2014

Fl-ewwel sitt xhur tal-2014 l-MCCAA irċeviet 163 talba għall-kumpens relatat ma’ titjiriet

L-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) flimkien  maċ-Ċentru Ewropew għall-Konsumatur dalgħodu tellgħu information desk fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta bil-għan li titqajjem aktar kuxjenza fost il-passiġġieri dwar id-drittijiet tagħhom.

Dawn id-drittijiet jistabilixxu l-kumpens u l-assistenza li għandhom jingħataw dawk il-passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu fuq titjira minħabba overbooking, kanċellament jew dewmien twil fit-titjiriet. Hemm ukoll drittijiet għal passiġġieri b’diżabilità fejn kumpaniji tal-ajru ma jistgħux jiddiskriminaw kontrihom meta jkunu qed jibbukkjaw titjira jew waqt il-ħin tal-imbark.

Fl-aħħar xhur l-MCCAA imbarkat fuq kampanja ta’ għarfien permezz tar-radju u t-televiżjoni biex il-konsumatur ikun aktar konxju mid-drittijiet tiegħu. Barra minn hekk, infetħu diversi information desks fiċ-ċentri kummerċjali biex l-Awtorità tersaq aktar qrib tal-konsumatur u tiffaċilità l-komunikazzjoni.

Fl-ewwel sitt xhur tal-2014, saru 163 talba għal kumpens li minnhom 34 kienu riferuti għal entitajiet oħra minħabba li t-titjira kienet telqet minn dak il-pajjiż fl-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin saru 68 talba għall-kumpens bħala riżultat ta’ kanċellament tat-titjira waqt li 61 talba kienu jikkonċernaw dewmien fit-titjira.

Jeżistu madwar 30 ċentru bħal dawn fl-Ewropa fejn ir-rwol tagħhom hu li jipprovdu informazzjoni u assistenza lill-konsumaturi li jkunu għamlu xi forma ta’ xiri minn stat membru ieħor.

Iċ-Ċentru huwa responsabbli għall-ilmenti tal-konsumatur fuq telf jew ħsara ta’ bagalji jew għal dewmien fil-wasla tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow