ŻJARA TA’ KORTEŻIJA MILL-AMBAXXATUR TAL-PALESTINA GĦAL-MALTA LILL-MINISTRU LEO BRINCAT
pr141571
11/07/2014
Dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat kellhu żjara ta’ korteżija mill-Ambaxxatur tal-Palestina, l-E.T Jubran Taweel, fuq talba tal-istess Ambaxxatur.
Wara li l-Ministru Brincat ġie aġġornat dwar iż-żieda fit-tenzjoni fil-Lvant Nofsani huwa tenna l-messaġġ tal-Gvern Malti tal-bieraħ u awgura li jsaltan is-sliem fir-reġjun filwaqt li ma jkun hemm l-ebda tixtrid tad-demm fost is-soċjetajiet ċivili konċernati.
Il-Ministru Brincat qal li l-istess kif il-Gvern Malti jinsab impenjat li jintensifika l-koperazzjoni tiegħu fil-qasam tal-ambjent mal-Israel, ikun lest li fil-limiti tar-riżorsi ta’ pajjiżna jikkunsidra proposti ta’ koperazzjoni fl-istess qasam mal-Istat Palestinjan.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en