Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTA’ NAZZJONALI

pr141563
Date Icon 10/07/2014

FILM TALJAN SER JIBDA JINĦADEM F’PAJJIŻNA DAN IX-XAHAR STESS. 

L-Industrija tal-Films Maltija tkompli tagħmel suċċess.  Fil-21 ta’ Lulju mistenni jibda jinħadem f’pajjiżna film Taljan, bl-isem ta’ ‘Andron’.  Dan il-film mistenni jiġġenera aktar flus li minnu ser tiggwadanja l-ekonomija Maltija. Il-film ser juża wkoll kumpaniji u ħaddiema Maltin. 

L-aħbar ta’ dan il-film waslet hekk kif delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Ministru Manuel Mallia akkumpanjat miċ-Chief of Staff tal-Ministeru Silvio Scerri u l-Kummissarju tal-Films Engelbert Grech, wara stedina li saritilha, bħalissa qegħda fuq żjara CineCitta’ biex tkompli ssaħħaħ l-Industrija tal-Films f’pajjiżna. 

Waqt din iż-żjara, id-delegazzjoni  Maltija ltaqgħet ma’ Giuseppe Basso u Cristina Giubetti li huma uffiċjali għolja f’Cinecitta’.  Waqt din iż-żjara, saru diskussjonijiet dwar studji li jistgħu jsiru biex f’pajjiżna jkollna soundstage li jibbenefika u jkompli jkattar l-Industrija tal-Films f’pajjiżna, hekk kif Cinecitta’ għandha l-akbar soundstage fl-Ewropa. 

Il-Ministru Mallia qal li t-tir ta’ dan il-Gvern hu li jagħmel  soundstage realta’ f’pajjiżna għax jemmen li mingħajru l-Industrija tal-Films f’pajjiżna ser tibqa’ taffaċja ostakli biex verament tikber. 

Illejla l-Ministru Manuel Mallia mistieden għall-attivita’ f’Cinecitta’ li għaliha ser jattendi wkoll il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow