Left arrow Go Back

TITNIEDA L-INIZJATTIVA YOUTHS #DECIDE #ACT

pr141562
Date Icon 10/07/2014

Il-Palazz Dorell fil-Gudja kien l-isfond ta’ konferenza tal-aħbarijiet li saret illum biex titnieda l-inizjattiva YOUths #Decide #Act.  Din l-inizjattiva ttieħdet mill-Kunsill Lokali tal-Gudja u l-Ambaxxatriċi taż-Żgħażagħ fil-Kunsill Melanie Bugeja. 

L-iskop ta' din l-inizjattiva hu, li l-Kunsill Lokali tal-Gudja jinvolvi aktar liż-żgħażagħ fil-ħidma tiegħu, iqajjem fihom sens ċiviku akbar, u jħeġġiġhom jagħtu sehemhom fil-komunità biex ikunu l-mexxejja ta’ għada.  Dan qed isir ukoll bi preparazzjoni għal vot 16, bidla li se tara żgħażagħ ta' 16-il sena jivvutaw għall-ewwel darba fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. 

Waqt id-diskors tal-Ambaxxatriċi Melanie Bugeja u l-kunsillier Mark Anthony Sammut ingħataw dettalji dwar l-attivitajiet li ser ikunu organizzati sabiex aktar żgħażagħ jersqu lejn il-kunsill lokali.  Fil-fatt l-ewwel attività ser tkun waħda sportiva l-Ġimgħa 11 ta’ Lulju fl-iskola Primarja tal-Gudja fejn ser isir logħob tal-volleyball, handball u basketball u ser issir attività ta’ abseiling. 

Fl-indirizz tiegħu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport, Chris Agius saħaq fuq l-importanza li nagħtu spazju liż-żgħażagħ speċjalment fejn tidħol tmexxija tal-lokalitajiet għaliex dawn għandhom bżonn li jitrawmu sabiex ikunu l-mexxejja ta’ għada.  Huwa enfasizza fuq id-dmir li tivvota speċjalment li issa ż-żgħażagħ ser ikollhom l-opportunità li jivvutaw ta’ età iżgħar.  Madanakollu saħaq li huwa importanti li tivvota u tieħu sehem fis-sistema demokratika tal-pajjiż, però trid ukoll taġixxi fil-komunita’ għaliex inutli jsiru ħafna deċiżjonijiet imbagħad ħadd ma jattwahom. 

Fil-konferenza tal-aħbarijiet tkellem ukoll is-Sindku tal-Gudja John Mary Calleja u l-kelliema tal-Oppozizzjoni Robert Cutajar u David Aġius. 

Aktar informazzjoni dwar din l-inizjattiva tinstab fuq il-paġna ta’ facebook YOUths Decide Act.

TITNIEDA L-INIZJATTIVA YOUTHS #DECIDE #ACT
TITNIEDA L-INIZJATTIVA YOUTHS #DECIDE #ACT
TITNIEDA L-INIZJATTIVA YOUTHS #DECIDE #ACT
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow