Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U S-SOLIDARJETA’ SOĊJALI

pr141561
Date Icon 10/07/2014

Waqt li kien qed jindirizza attivita’ fiċ-Ċentru ‘Aċċess’ tal-Qawra il-Ħamis filgħodu, il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjeta’ Soċjali  qal illi ċ-ċavetta biex wieħed ikun jista’ jtejjeb is-sitwazzjoni tiegħu hija l-edukazzjoni. Il-Ministru Farrugia qal dan waqt li kien qed jipprezenta ċ-ċertifkat ta’ partecipazzjoni lil 178 student li ħadu sehem fil-korsijiet ta’ taħriġ offruti mid-Direttorat tal-‘Lifelong Learning’ flimkien maċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra.

Il-Ministru  Farrugia qal illi permezz  tad-dinamiżmu  taċ-Ċentru Aċċess ġiet iffaċilitata proċess fejn entitajiet differenti setgħu jirreferu diversi persuni għall-programmi ta’ taħriġ. Dan wassal biex iċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra xpruna sinerġija biex ikun jista’ jipprovdi servizz ħolistiku. 

Huwa qal illi dan  l-impenn kompla għaddej anke matul dawn ix-xhur li għaddew u fil-fatt illum tnedew 30 kors fi 28 suġġett differenti li ser ikunu qed jiġu offruti fiċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra. Din iż-żieda fil-korsijiet saret wara li l-management ta’ dan iċ-ċentru kkonsulta ma’ numru ta’ entitajiet, professjonisti kif ukoll ma’ residenti biex jiġu identifikati l-interessi li jeżistu fit-tahriġ.

Fost l-inizjattivi li saru kien hemm l-outreach li sar mill-persuni tad-Direttorat tal-Lifelong Learning. Il-Ministru Farrugia spjega li huwa dmir ta’ dan il-Gvern sabiex jidentifika fejn hemm bzonn it-taħriġ ħalli jkun jista’ joffrieħ bl-aħjar mod possibli. Fil-fatt, zied jgħid il-Ministru Farrugia,  l-impenn li qed jieħu ċ-Ċentru Aċċess u d-Direttorat tal-Lifelong Learning illum biex jipprovdu servizz ta’ advisory mal-pubbliku huwa turija tad-disponibilta’ li l-entitajiet qed juru biex jassistu lill-pubbliku biex isaħħaħ l-abiltajiet tiegħu.

Michael Farrugia qalli illi l-gvern ser jkompli jsaħħaħ dawn iċ-ċentri permezz ta’ inizjattivi varji li huma ppjanati li jsiru fix-xhur li ġejjin. Semma’ wkoll li se jsir investiment permezz tal-proġett ‘Leap’ biex iċ-ċentri Aċċess ikunu jistgħu ikomplu l-ħidma siewja tagħhom fuq firxa akbar ta’ lokalitajiet.

Il-Ministru Farrugia temm jgħid illi il-mira hija li ħadd ma’ jibqa’ lura u għaldaqstant irridu nkunu kapaċi napprezzaw it-tajjeb li għandna filwaqt li jkollna l-kuraġġ li nindirizzaw l-isfidi li jeżistu fis-settur. Huwa għalhekk li ser tkompli ssir l-evaluwazzjoni dwar il-mod ta’ kif qed jiġu mplimentati s-servizzi minn dawn iċ-ċentri biex b’hekk jittieħdu aktar decizjonijiet li jwasslu biex ikun hawn aktar opportunitajiet u effiċċjenza.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow