KIF IL-BANEK JISTGĦU JGĦINU BIEX IDAWWRU SFIDI AMBJENTALI F'OPPORTUNITAJIET GĦALL-KUMMERĊ U L-INVESTIMENT - Il-Ministru Leo Brincat
L-istituzzjonijiet finanzjarji fosthom il-banek jistgħu jgħinu biex idawwru sfidi ambjentali f'opportunitajiet għall-kummerċ u l-investiment f'pajjiżna. Dan qalu dalgħodu l-Ministru għall- Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat waqt laqgħa li kellu mal-President tal-FIMBank p.l.c., Ms Margrith Lütschg-Emmenegger u uffiċjali oħra għoljin tal-Bank meta kien qed iżur il-Head Office tagħhom f’San Ġiljan.
Il-Ministru Brincat qal li hemm bżonn l-għodda kollha inklużi dawk finanzjarji biex il-policies tal-Gvern dwar l-ekonomija l-ħadra u l-hekk imsejjaħ GREEN GROWTH jissarfu fi proġetti li jista’ jgawdi minnhom il-pajjiż innifsu flimkien mal-istakeholders kollha.
Il-Ministru saħaq li bin-network globali li għandu dan il-bank, pajjiżna jista’ jilħaq investituri prospettivi ġodda kemm Ewropej u anki lill hinn minn xtutna, minn pajjiżi fejn għandhom ekonomiji dinamiċi u li qed jikbru b' rata mgħaġġla.
Huwa qal li minn studji li għamlet l-OECD innifisha (THE ORGANISATION FOR ECONOMIC CO OPERATION AND DEVELOPMENT) joħroġ ċar li l-mixja lejn l-ekonomija l-ħadra ssaħħaħ il-kompetittivita' u l-potenzjal ta' qliegħ għal min jinvesti f'dawn is-setturi.
Il-Ministru Brincat tenna li bil-finanzjament xieraq dan il-proċess ta’ transizzjoni jista’ jitħaffef u jagħti riżultati fi żmien iqsar, filwaqt li jiffaċilita l-aċċess ta’ diversi azjendi kummerċjali u anki SMEs għal swieq internazzjonali kif ukoll li jiġbed investiment ġdid lejn pajjiżna.
Dan jgħodd għal hekk imsejħa green technologies kif ukoll għall-green products u servizzi li lkoll għandhom bżonn kull appoġġ u għajnuna biex jintegraw ruħhom fil-value chains globali.
Min-naħa tagħha, l-President tal-FIMBank qalet illi filwaqt li diġa għandhom fondi investiti f’proġetti marbutin mal-enerġija mix-xemx u t-teknoloġija l-ħadra - l-aktar f’pajjiżi oħra - għandhom ukoll kull interess li jagħmlu l-istess f’pajjiżna speċjalment f’diversi setturi ambjentali fosthom l-immaniġġjar tal-iskart. Dan permezz ta’ tipi differenti ta’ investimenti, kif ukoll permezz ta’ pariri finanzjarji.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en