IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA JUSTYNE CARUANA F’LAQGĦA KORDJALI MAL-UNIVERSITÀ TA’ MALTA
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana ltaqgħat ma’ rappreżentanti tat-tmexxija tal-Università ta’ Malta fosthom ir-Rettur tal-Università, Professur Juanito Camilleri, u d-Dekan tal-Fakultà għat-tisħiħ tas-Soċjetà, Dr. Maureen Cole.
F’din il-laqgħa is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet li s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva diġà jgħin lit-Taqsima tal-Ġerontoloġija, fil-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjeta, billi jisponsorja studenti jagħmlu kors tal-Masters fil-Ġerontoloġija u il-Ġeriatrija. Is-Segretarjat Parlamentari qiegħed iħalli it-taqsima tpoġġi studenti f’residenzi tal-Anzjani tal-Gvern għal taħriġ ta’ prattika.
L-Onorevoli Caruana qalet li is-Segretarjat Parlamentari saħħaħ l-Università tat-Tielet età, filfatt is-Segretarjat sponsorja iċ-ċentru tal-Università tat-Tielet età ġewwa il-Kottonera, u bħalissa hemm ukoll diskussjonijiet biex jinfetaħ ċentru ieħor ġdid għall-Università tat-Tielet età ġewwa il-Mosta.
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva u l-Università ta’ Malta ser ikunu qiegħdin jiffirmaw Momerandum of Understanding biex tissaħħaħ ir-relazzjoni u kollaborazzjoni eżistenti bejn l-Università ta’ Malta u is-Segretarjat Parlamentari.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en