Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRRANIN DR.GEORGE VELLA JINDIRIZZA L-AMBAXXATURI MALTIN B’RAPPREŻENTANZA PERMANENTI BARRA L-PAJJIŻ

pr141552
Date Icon 10/07/2014

Waqt il-laqgħa annwali mal-Ambaxxaturi Maltin b’rappreżentanza permanenti barra l-pajjiż, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr.George Vella qal li fl-aħħar sena, l-ambaxxaturi Maltin qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna, b’uħud minnhom anka  jwettqu ħidma diplomatika f’pajjiżi ta’ periklu, bħal ma huwa  fil-Libja.

Il-Ministru Vella qal li l-qofol tal-ħidma diplomatika tal-ambaxxaturi li għandna barra l-pajjiż huwa dak li jippromwovu lil Malta, liema ħidma m’għandhiex tkun diffiċli minħabba l-fatt li minkejja li mdawwra minn reġjun ta’ kunflitt u sfidi ekonomiċi, Malta baqgħet b’saħħitha, u stabbli ekonomikament u politikament.

Waqt li indirizza lill-ambaxxaturi Dr.Vella għaraf li l-ambaxxaturi għandhom riżorsi limitati, iżda saħaq li hemm ambaxxaturi li mil-limitazzjonijiet allokati għar-rappreżentanza permanenti tagħhom barra l-pajjiż, qed jirnexxielhom iġibu proġetti u investimenti lejn pajjiżna.  Il-Ministru Vella qal li mhux kull ambaxxatur għandu ambjent faċli li fih jista’ jwettaq il-ħidma diplomatika tiegħu, iżda sostna li x-xogħol ta’ ambaxxatur mhuwiex li joqgħod f’uffiċċju, iżda li jagħmel il-kuntatti neċessarji biex jiġġenera interess u jġib ġid lejn pajjiżna.

Fl-indirizz tiegħu l-Ministru Vella ta rendikont tas-sitwazzjoni tar-relazzjonijiet li għandha Malta mal-pajjiżi, fosthom ir-relazzjonijiet eċċellenti mal-Istati Uniti li wasslu għat-twaqqif f’Malta tal-Istitut Internazzjonali tal-Ġustizzja u tal-Liġi tad-Dritt, u r-relazzjonijiet eċċellenti mal-pajjiżi Ewropej. Dr.Vella semma’ wkoll is-sitwazzjoni tal-Libja, fejn saħaq li xogħol Malta huwa dak li jgħin lil dan il-pajjiż isaħħaħ il-kontroll tal-fruntieri tal-Libja u biex jitwaqqfu l-istituzzjonijiet bażiċi li jsaħħu d-demokrazija. 

Semma’ wkoll is-sitwazzjoni tal-Ukrajna, liema suġġett huwa fuq nett tal-aġenda tal-Unjoni Ewropea.  Dr.Vella irrimarka wkoll il-pressjoni li għamlet Malta fuq l-OSCE, biex din tieħu azzjoni konkreta għal dak li qed jiġri fl-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani.  Il-Ministru saħaq li l-Gvern Malti jemmen li hemm bżonn li l-organizazzjonijiet internazzjonali għandhom jinvolvu ruħhom b’mod sħiħ biex tinstab soluzzjoni paċifika, u biex titrażżan kull forma ta’ vjolenza, tiġi minn fejn tiġi. 
Il-Ministru rrefera wkoll għar-relazzjonijiet eċċellenti maċ-Ċina fosthom bl-aħħar ftehim li sar din il-ġimgħa mal-Gvern Malti. Il-Ministru rrefera wkoll għall-kooperazzjoni li teżisti bejn Malta u l-Federazzjoni Russa, u awgura li r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja jitjiebu.

Il-konferenza mal-ambaxxaturi ttrattat l-aħħar informazzjoni fuq il-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea fis-sena 2017, u s-summit tac-CHOGM li se jiġi organizzat f’Malta s-sena d-dieħla.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow