JITNIEDA L-ABBOZZ TAL-POLITIKA NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius nieda l-abbozz tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ li ser tkopri bejn l-2015 u l-2020. Il-Politika Nazzjonali għandha għan ewlieni li hu dak li tagħti appoġġ liż-żgħażagħ ta’ bejn it-13 u t-30 sena u jrid ikollha miri realistiċi li jagħtu l-frott fi żmien stipulat.
Ix-xogħol fuq dan l-abbozz tal-Politika Nazzjonali beda is-sena li għaddiet meta s-Segretarju Parlamentari preċedenti fforma kumitat li għamel dan l-ewwel abbozz. Sabiex tfassal dan l-abbozz il-kumitat:
• ikkonsulta ma’ diversi żgħażagħ, gruppi taż-żgħażagħ u entitatjiet oħra
• Studja strateġiji li kienu ppublikati fil-passat riċenti u dak remot
• Segwa l-linji gwida li toffri l-Unjoni Ewropeja f’dan is-settur.
L-abbozz tal-Politika Nazzjonali issa huwa miftuħ għall-konsultazzjoni. La dan huwa abbozz ifisser, li mhux wieħed finali. Il-konsultazzjoni ser tinkludi wkoll seminar li għalih ser ikunu mistiedna fost l-oħrajn entitajiet u gruppi ta’ żgħażagħ jew ħaddiema/persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ biex huma wkoll ikunu parteċipi f’din il-politika.
Is-Segretarju Parlamentari Agius saħaq li l-Gvern jemmen li biex din il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ tkun effetiva tinħtieġ li tkun imsejjsa minn ċerti prinċipji u livelli. Il-Gvern jemmen fiż-żgħażagħ, jemmen li jridu jingħataw l-opportunitajiet u l-għodda għaliex huma jagħmlu soċjeta’ aktar b’saħħita. Iż-żgħażagħ għandhom ikunu l-fulkru ta’ kull soċjeta, primarjament għaliex huma krejattivi u allura jħarsu lejn il-ħajja b’lenti differenti. Il-krejattivita tgħin biex ir-rota tal-ekonomija ddur u ssaħħaħ is-soċjeta’ kollha kemm hi.
Il-Politika, għalhekk trid tkun ukoll waħda inklussiva. Dan il-Gvern, sa mill-bankijiet tal-oppożizzjoni, saħaq fuq l-importanza li ż-żgħażagħ jingħataw leħen, speċjalment f’setturi li jinvolvu lilhom direttament. Iż-żgħażagħ, u anke dawk li jaħdmu magħhom, għandhom iħossu li din il-politika hija tagħhom. Hawnhekk, ma nistax ninsa r-rwol pożittiv li s-settur volontarju taż-żgħażagħ u oqsma oħra relevanti jistgħu jaqdu fl-appoġġ attiv u l-implimentazzjoni ta’ din l-politika.
Minbarra hekk tnediet wkoll paġna fuq facebook, bl-isem ta’ national youth policy malta li ser isservi ta’ pjattaforma sabiex mhux biss jingħata aċċess għall-abbozz tal-Politika Nazzjonali u jiġu reklamati l-avvanzi u d-diskussjonijiet relatati ma’ dan l-abbozz imma wkoll sabiex dawk kollha nteressati jistgħu jagħmlu s-suġġerimenti tagħhom u jipparteċipaw fil-konsultazzjoni.
Dawk interessati li jkunu parti mill-konsultazzjoni jistgħu mhux biss jirrikorru għall-paġna tas-social media facebook imma jistgħu wkoll jibgħatu email fuq nationalyouthpolicy.mede@gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en