SERVIZZI ĠODDA FL-ISPIŻERIJI TAĊ-ĊENTRU TAS-SAĦĦA TAL-FURJANA U TA’ RAĦAL ĠDID
Biex il-pubbliku jkun jista’ jinqeda aħjar u tiżdied l-effiċjenza u l-effettività tas-servizz offrut mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC), minn din il-gimgħa bdew jitħaddmu sistemi ġodda li permezz tagħhom jasiguraw aktar kontroll fuq il-provvista tal-mediċini fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana u ta’ Raħal Ġdid. Dawn is-sistemi l-ġodda tal-IT huma intiżi biex l-ispiżjara jkollhom stampa aktar ċara tas-sitwazzjoni u jkunu jistgħu jipprevjenu minn qabel li tonqos il-provvista ta’ mediċina partikolari.
Din is-sistema ġdida tal-IT tippermetti li jkun hemm management aħjar u kontroll iktar effettiv li għandu jgħin biex il-pazjent li jagħmel użu minn dan is-servizz ikollu provvista’ ta’ mediċina għas-sodisfazzjon tiegħu.
Pazjenti li jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżerji taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana u ta’ Raħal Ġdid, u li riċentement irċevew il-Patient Voucher Letter tagħhom mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC), għandhom jippreżentaw dan il-voucher meta jiġbru l-mediċini tagħhom mill-imsemmija ċentri.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en