Herrera jiltaqa’ mal-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi
Fis-sigħat li għaddew is-Segretarju Parlamentari José Herrera iltaqa’ mal-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi f’konferenza li ġiet organizzata f’Venezja dwar is-Socjetà Diġitali. Is-Segretarju Parlamentari spjega kif fis-sigħat li ġejjin il-pajjiż ser ivara abbozz ta’ politika biex jindirizza l-e-commerce magħruf l-aktar bħala n-negozju bl-internet. Din l-istrateġija, qal Herrera, ser tikkumplimenta l-isforzi li qed tagħmel l-Unjoni Ewropea biex ikollna ċittadini aktar diġitali.
L-istrateġija diġitali varata xi ġimgħat ilu fasslet it-triq ‘l quddiem. L-isforz li ser jagħmel il-Gvern permezz tal-abbozz dwar l-e-commerce huwa pass fid-direzzjoni t-tajba biex il-punti imqajma f’dik il-politika jibdew jiġu indirizzati. Herrera qal dan fil-preżenza tal-aktar kumpaniji ġganti fit-teknoloġija bhal Samsung, Microsoft, Erikson, Oracle, Facebook, Ernest and Young, Google u Cisco.
Meta kien qed jindirizza l-Konferenza Herrera qal li l-Ewropa għandha rwol importanti ħafna x’tilgħab biex tfassal ix-xejriet teknoloġici tal-lum u tal-futur. Min-naħa tagħna f’Malta, permezz t’għadd ta’ inizjattivi li qed jittieħdu bħall-innovation hub fi Smart City, qed naslu biex nindirizzaw dawk l-oqsma li kapaċi jimirħu ‘l quddiem, qal Herrera.
F’Venezja Malta approvat l-Venice Declaration for a more Digital Union. Is-Segretarju Parlamentari faħħar ix-xogħol li sar mill-presidenza biex tfassal din id-dikjarazzjoni u appella biex kemm l-Italja u anke l-Kummissjoni Ewropea jressquha ‘l quddiem għal aktar diskussjoni fl-istituzzjonijiet tal-UE.
Apparti mal-Prim Ministru Renzi, is-Segretarju Parlamentari iltaqa’ mal-Viċi President tal-KE Neelie Kroes.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en