Left arrow Mur Lura

L-ISPEAKER JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-DYSLEXIC TEENS DIALOGUE

pr141533
Date Icon 08/07/2014

Aktar kmieni matul il-jum, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati l-Onorevoli Anġlu Farrugia kellu laqgħa ma’ grupp ta’ żgħażagħ  li kienu akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom kif ukoll mir-rappreżentanti tad-Dipartiment tal-Counseling  fi ħdan il- Fakultà tas-Social Well-being tal-Universita’ ta’ Malta.

L-iSpeaker faħħar l-inizjattiva li kienu ħadu dawn il-11-il żagħżugħ fis-sajf tal-2011 u li llum 3 snin wara, bl-għajnuna u l-gwida professjonali  fosthom ta’ Dr Ruth Falzon, Dipartiment tal-Counseling  fi ħdan il- Fakulta tas-Social Well-being tal-Università ta’ Malta, qed jippromwovu mhux id-diffikultajiet li jiffaċċjaw, iżda bi professjonaliżmu u permess ta’ djalogu qed jiftħu triq ‘il quddiem għal min jinsab jesperjenza l-istess diffikultà.

Huwa għalhekk tassew importanti li l-appelli li saru u għadhom qed isiru jwasslu sabiex is-sistema edukattiva tagħraf li hekk kif l-edukazzjoni li hija l-fulkrum ta’ kull cittadin, hu min hu u hi x’inhi l-kundizzjoni, taddotta l-miżuri neċessarji sabiex tifhem u tindirizza l-bżonnijiet fosthom dawk ta’ tfal u żgħażagħ bid-dyslexia li l-istess sistema edukattiva mhux dejjem tagħraf l-abilitajiet moħbija tal-istess żgħażagħ.

Fl-egħluq tad-djalogu, l-iSpeaker tenna l-apprezzament tiegħu lejn iż-żgħażagħ preżenti taħt il-gwida professjonali ta’ Dr Mifsud u Dr Falzon tal-Fakultà tas-Social Well-being tal-Università, kif ukoll Dr Juan Camilleri,  li mhux biss qed iqajjmu kuxjenza iżda jinsabu determinati li jkomplu jwittu t-triq għal min iħossu eskluż minħabba din il-kundizzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow