L-ISPEAKER JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-DYSLEXIC TEENS DIALOGUE
Aktar kmieni matul il-jum, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati l-Onorevoli Anġlu Farrugia kellu laqgħa ma’ grupp ta’ żgħażagħ li kienu akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom kif ukoll mir-rappreżentanti tad-Dipartiment tal-Counseling fi ħdan il- Fakultà tas-Social Well-being tal-Universita’ ta’ Malta.
L-iSpeaker faħħar l-inizjattiva li kienu ħadu dawn il-11-il żagħżugħ fis-sajf tal-2011 u li llum 3 snin wara, bl-għajnuna u l-gwida professjonali fosthom ta’ Dr Ruth Falzon, Dipartiment tal-Counseling fi ħdan il- Fakulta tas-Social Well-being tal-Università ta’ Malta, qed jippromwovu mhux id-diffikultajiet li jiffaċċjaw, iżda bi professjonaliżmu u permess ta’ djalogu qed jiftħu triq ‘il quddiem għal min jinsab jesperjenza l-istess diffikultà.
Huwa għalhekk tassew importanti li l-appelli li saru u għadhom qed isiru jwasslu sabiex is-sistema edukattiva tagħraf li hekk kif l-edukazzjoni li hija l-fulkrum ta’ kull cittadin, hu min hu u hi x’inhi l-kundizzjoni, taddotta l-miżuri neċessarji sabiex tifhem u tindirizza l-bżonnijiet fosthom dawk ta’ tfal u żgħażagħ bid-dyslexia li l-istess sistema edukattiva mhux dejjem tagħraf l-abilitajiet moħbija tal-istess żgħażagħ.
Fl-egħluq tad-djalogu, l-iSpeaker tenna l-apprezzament tiegħu lejn iż-żgħażagħ preżenti taħt il-gwida professjonali ta’ Dr Mifsud u Dr Falzon tal-Fakultà tas-Social Well-being tal-Università, kif ukoll Dr Juan Camilleri, li mhux biss qed iqajjmu kuxjenza iżda jinsabu determinati li jkomplu jwittu t-triq għal min iħossu eskluż minħabba din il-kundizzjoni.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en