Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TILTAQA’ MAL-GĦAQDA NON-GOVERNATTIVA, AMPUTEES 4 AMPUTEES

pr141531mt
Date Icon 07/07/2014

Dr Justyne Caruana, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva  kompliet bil-laqgħat mal-istakeholders fil-qasam tad-diżabilità. Dr Caruana ltaqgħet mal-għaqda non-governattiva Amputees 4 Amputees li tirrapreżenta l-interessi tal-persuni li għaddew minn proċeduri ta’ amputazzjonijiet minħabba raġuni jew oħra. Ir-rappreżentanti tal-Għaqda, immexxijin minn Amy Zahra stqarrew kif huma ma twieldux b’diżabilità imma li minħabba ċirkostanzi li seħħew fi stadju ta’ ħajjithom spiċċaw b’diżabilità. Tkellmu dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom u anke ippreżentaw memorandum lis-Segretarju Parlamentari dwar issues li jiffaċċjaw u li jixtiequ rimedju dwarhom.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari irringrazzjat lill-għaqda talli għoġobhom jiltaqgħu magħha, kif ukoll irrimarkat li l-problemi li jiltaqgħu magħhom dawn il-persuni jinħtiegu mhux biss attenzjoni iżda rimedju. Għalkemm it-talbiet li saru ma jaqgħux taħt ir-responsabbilità tas-Segretarjat, Dr Caruana impenjat ruħha li ser tkun il-vuċi tagħhom ma’ ministeri oħrajn. Tkellmet ukoll dwar inizjattivi li beħsiebha tieħu biex issir qabża fil-kwalità tal-ħajja ta’ dawn il-persuni u biex verament ikollhom servizzi idonji u tajba kif wara kollox għandu jkollhom bi dritt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow