Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr141530mt
Date Icon 07/07/2014

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), il-prodott hawn taħt imsemmi jista jkun fih ħalib li mhux iddikkjarat fuq it-tikketta.

Deskrizzjoni tal-Prodott:               

Fruit Flapjack

Ditta: Blackfriars Bakery

Oriġini: Renju Unit

Użin:   110g

Deskrizzjoni tal-pakkeġġjar:   Pakkeġġjar tal-plastik

Data tad-durabilità minima:   27 ta’ Novembru 2014

Il-Kumpanija involuta ġiet obbligata tamenda t-tikketta ta’ dan il-prodott, iżda peress li rrapurtat li l-konsenja laħqet inbiegħet lill-konsumatur finali, bħal ma jsir f’dawn il-każijiet, id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-konsumaturi.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ iċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ wara nofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku  jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626 jew is-sit uffiċjali fuq https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmental-health/department_for_env_health.aspx għal informazzjoni simili.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow