AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), il-prodott hawn taħt imsemmi jista jkun fih ħalib li mhux iddikkjarat fuq it-tikketta.
Deskrizzjoni tal-Prodott:
Fruit Flapjack
Ditta: Blackfriars Bakery
Oriġini: Renju Unit
Użin: 110g
Deskrizzjoni tal-pakkeġġjar: Pakkeġġjar tal-plastik
Data tad-durabilità minima: 27 ta’ Novembru 2014
Il-Kumpanija involuta ġiet obbligata tamenda t-tikketta ta’ dan il-prodott, iżda peress li rrapurtat li l-konsenja laħqet inbiegħet lill-konsumatur finali, bħal ma jsir f’dawn il-każijiet, id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-konsumaturi.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ iċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ wara nofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626 jew is-sit uffiċjali fuq https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmental-health/department_for_env_health.aspx għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en