Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DR GEORGE VELLA JINDIRIZZA L-KONFERENZA DWAR IL-PROGRAMM TAL-PRESIDENZA TALJANA TAL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

pr141528
Date Icon 07/07/2014

Waqt konferenza li ttrattat il-Programm tal-Presidenza Taljana tal-Kunsill Ewropew, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George W. Vella faħħar il-programm ‘A Fresh Start’ tal-Presidenza Taljana, b’effett mill-ewwel ta’ Lulju li għadda.  Il-Ministru ddeskriva dan il-programm bħala wieħed dettaljat li qed jagħmel tentattiv serju li jindirizza l-isfidi kbar li għandha l-Unjoni Ewropea.  Dr Vella faħħar d-determinazzjoni li qed juri il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi li l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew verament tħoss il-polz taċ-ċittadin Ewropew, u li b’mod pożittiv jagħmel tentattiv qawwi li l-Presidenza Taljana timmarka differenza. 

Il-Ministru Vella qal li għandu ħeġġa għall-Presidenza Taljana tal-Kunsill Ewropew, hekk kif Malta u l-Italja, bħala pajjiżi fil-Mediterran ċertament jifhmu lil xulxin, u l-isfidi li huma mdawrin bihom. 

Dr Vella semma kif wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Presidenza Taljana qed twassal messaġġ ċar dwar l-iskuntentizza taċ-ċittadini Ewropej bl-aktar mod speċjali fuq il-qgħad fl-Unjoni Ewropea, is-sitwazzjoni ekonomika, kif ukoll li l-popli Ewropej qed iħossuhom ‘l bogħod mit-tmexxija tal-Unjoni Ewropea.   Dr Vella rrimarka kif il-Prim Minsitru Renzi qed juri rieda soda li jindirizza dawn l-isfidi. 

Il-Ministru Vella semma wkoll il-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari, sfida li ċertament tinħass mill-Italja u minn Malta.  Dr Vella qal li jinsab impressjonat bid-determinazzjoni tal-Gvern Taljan li jindirizza b’mod effettiv din l-isfida kbira, fosthom ukoll bil-proġett Ewropew Mare Nostrum li qed jiswa mal-għaxar miljun Ewro fix-xahar biex jibqa’ jopera.  Dr Vella qal li wieħed ma jridx jindirizza biss l-isfida immedjata tal-immigrazzjoni irregolari, iżda kif dan il-fenomenu jiġi mibdul għal wieħed pożittiv u jinstab mod kif dan  jikkontibiwixxi għall-ekonomija tal-Ewropa.

Dr Vella semma d-diversi sfidi li mistennija tindirizza l-Presidenza Taljana fosthom kif se jiġu maħluqa l-impjiegi,  tissaħħaħ il-kompetittività industrijali, u li jiġi indirizzat il-faqar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow