Left arrow Go Back

AKTAR GĦAJNUNA LILL-VITTMI ĠENWINI, PIENI AKTAR ĦOROX LIT-TRAFFIKANTI PURI

pr141527
Date Icon 07/07/2014

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ppublika l-White Paper dwar ir-Riforma tad-Drogi ta’ Abbuż

Il-White Paper dwar  ir-Riforma tad-Drogi ta’ Abbuż tistabbilixxi tliet prinċipji fundamentali meta wieħed jikkunsidra riforma fil-liġijiet li jirregolaw id-drogi ta’ abbuż.

Dawn jinkludu li d-drogi illegali jikkawżaw problemi fiżiċi, emozzjonali, psikoloġiċi u soċjali u għalhekk il-Gvern jimmira li jipprovdi kampanji aħjar ta’ għarfien. Ebda wieħed mis-suġġerimenti fil-White Paper m’għandu jkun interpretat bħallikieku l-Gvern b’xi mod huwa favur l-użu ta’ drogi illegali.

Il-White Paper tipproponi li l-enfasi m’għandhiex tibqa’ fuq il-kastig iżda fuq rijabilitazzjoni u kura.  U t-tielet prinċipju fundamentali huwa li hemm bżonn bidla fil-pieni li jingħataw lill-vittmi u li tiddaħħal proporzjonalità fl-għoti tas-sentenza.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Dr Owen Bonnici spjega li minkejja li dan is-suġġett jaħraq, u huwa politikament diffiċli, il-gvern dehrlu li għandu jmur għal-White Paper li hija wide ranging.

Sostna li seta’ ma għaġġel xejn dwar dan, iżda l-gvern għażel li jagħti l-għajnuna lil vittmi ġenwini.

Dr Bonnici stqarr li ilu s-snin isir appell biex il-vittma ġenwina ma titkissirx bil-ħabs iżda tingħata l-għajnuna adegwata li għandu bżonn sabiex joħroġ mil-vizzju.

B’dan il-għan ser tkun qed tiħrax il-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga permezz tal-ħolqien ta' Asset Management Bureau li jara li jkun hawn immaniġjar tal-assi fejn l-qligħ mill-kriminalità jiġi rkuprat mill-Gvern.

Dr Bonnici sostna li din hija White Paper miftuħa għall-konstulazzjoni fejn il-gvern irid jisma’ il fehmiet ta’ kulhadd u jinsab miftuħ għal konsultazzjoni.

Il-Gvern jixtieq jisma’ il-fehmiet tal-pubbliku u l-istakeholders ewlenin dwar dak espress f’din il-White Paper.

B’seħħ minn nhar il-15 ta’ Lulju, 2014 sal-15 ta’ Settembru, 2014, il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali se jkun qiegħed jilqa’ sottomissjonijiet bil-miktub permezz ta’ email (drugsreform@gov.mt) jew billi wieħed jibgħat ittra fl- indirizz: 30, Triq it-Teżorerija l-Antika, il-Belt Valletta.  Matul dan il-perjodu se jsiru wkoll laqgħat individwali mal-istakeholders ewlenin.

Il-Gvern beħsiebu jressaq l-abbozz finali qabel it-tmiem tas-sena 2014.

pr141527a.pdfpr141527a.pdf
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow