Left arrow Go Back

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr141526mt
Date Icon 07/07/2014

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE), Nru 178/2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika qiegħed jinforma lill-pubbliku, li l-prodott hawn imsemmi mhuwiex ittikketjat skont ir-Regolamenti peress li fih majjal mhux iddikjarat.

Deskrizzjoni tal-Prodott: Torta tal-Laħam

Ditta: Pasta Royale

Data l-‘Aħjar Qabel’: 30 ta’ Ottubru 2014

Numru tal-lott: 3004

Tip ta’ pakkett: Tilar tal-fojl miksi bil-plastik trasparenti

Oriġini: Malta

pr141526a.JPGpr141526a.JPG

Il-Kumpanija involuta ġiet obbligata sabiex tirtira l-prodott inkwestjoni mis-suq iżda peress li ċertu prodotti setgħu diġà ġew mixtrija mill-konsumaturi, dan id-Direttorat qiegħed jinforma lill-pubbliku kif inhu xieraq.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ iċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ wara nofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.  Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook http://www.facbook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/1450278778928626  jew is-sit uffiċjali https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmental-health/press_releases/press_releases_2013.aspx għal informazzjoni simili.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow