Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MIL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr141519
Date Icon 05/07/2014

Illum waranofsinhar ġie ffirmat ‎memorandum of understanding bejn il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali f’isem il-Gvern Malti u il-Ministeru għall-Intern Libjan f’isem il-Gvern Libjan. L-iffirmar ta’ dan il-memorandum sar mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Malti Manuel Mallia u l-Ministru għall-Intern Libjan Saaleh M. Abdurraheem Maaziq.

F’dan il-memorandum sar qbil li jkun hemm iktar kooperazzjoni bejn iż-żewg pajjiżi f’setturi li huma ta’ interess għaż-żewġ naħat speċjalment fejn jidħlu immigrazzjoni u s-sigurtà marittima. F’dak li jirrigwarda s-sigurtà marittima, iż-żewg naħat urew l-intenzjoni li tingħata għajnuna reċiproka fit-taħriġ, u anke jkun hemm qsim ta’ informazzjoni u esperjenza bejn iż-żewġ naħat.


Dan il-memorandum of understanding huwa l-ewwel tarġa għal aktar kooperazzjoni f’setturi li huma ta’ interess bejn iż-żewġ pajjiżi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow