Left arrow Go Back

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr141517
Date Icon 05/07/2014

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), il-prodott hawn taħt imsemmi ma għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibiltà tal-preżenza elevata tal-mikrobu Bacillus cereus.

Deskrizzjoni tal-Prodott:             

Ginger powder

Ditta:

TRS Asia’s Finest Foods

Oriġini:

Indja

Użin:

  100g

Deskrizzjoni tal-maħfen:

Maħfen tal-plastik

Data tad-durabilità minima:

  31/03/2016

Numru tal-Lott:

P 140328

Deskrizzjoni tal-Prodott:             

Ginger powder

Ditta:

TRS Asia’s Finest Foods

Oriġini:

Indja

Użin:

  100g

Deskrizzjoni tal-maħfen:

Maħfen tal-plastik

Data tad-durabilità minima:

  31/03/2016

Numru tal-Lott:

P 140328

Il-Kumpaniji involuti ġew obbligati jirtiraw il-prodott mis-swieq, iżda peress li ġie rrapurtat li l-konsenja laħqet inbiegħet lill-konsumatur finali, bħal ma jsir f’dawn il-każijiet, id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-konsumaturi.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.

Il-pubbliku  jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttp://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626 jew is-sit uffiċjali fuq https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmental-health/department_for_env_health.aspx għal informazzjoni simili.

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow