STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-PRESIDENZA EWROPEA 2017 U FONDI EWROPEJ
Politika Preventiva dwar it-Tqala fit-Tfajliet
Waqt li kien qed jindirizza konferenza f’lukanda ewlenija f’Għawdex il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia faħħar il-Proġett LWIEN (National Research Study to Enable Policy Makers to Develop a Preventive Policy for Teenage Pregnancy in Malta & Gozo) imwettaq bi sħab bejn id-Dar Ġużeppa Debono u l-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ ta’ Għawdex; proġett li fih inkorpora wkoll ir-riċerka dwar it-Tqala fit-Tfajliet (teen pregnancy).
Michael Farrugia tkellem dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżna u semma kemm kien hawn tfajliet taħt l-20 sena li saru ommijiet
1999 196 ulied
2004 223 ulied
2008 269 ulied
Fis-sena 2010 twieldu 212-il tifel u tifla barra ż-żwieġ minn ommijiet taħt l-20 sena. Minn dawn 30 iddikjaraw li ma jafux min hu l-missier.
Michael Farrugia qal li l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali kkummissjona studju dwar il-Pathways to Single Parenthood. Dan għax nemmnu bis-sħiħ li l-edukazzjoni u t-tagħlim huma ċ-ċavetta għall-prevenzjoni.
Michael Farrugia qal li hemm bżonn li nindirizzaw il-problema tal-unknown fathers. Tkellem ukoll dwar il-Benefit Trap illi tintiret u għalhekk dan il-Gvern qed jaħdem biex din tkun imnaqqsa. Huwa qal li kemm jista’ jkun ngħinu lil dawk il-persuni biex ma jibqgħux jiddependu fuq il-benefiċċji soċjali għal għomorhom. Huwa spjega kif bil-benefiċċju tista’ tgħin persuna iżda qatt ma tkun tista’ titla’ ’l fuq fis-soċjetà għaliex tkun qed tidħol f’riskju ta’ faqar. Michael Farrugia qal li hemm bżonn ta’ empowerment biex ikun hawn l-edukazzjoni neċessarja li tgħin fil-prevenzjoni waqt li nkunu proattivi u ngħinu wkoll lil dawk li jaqgħu lura.
Min-naħa tiegħu is-Segratarju Parlamentari għall-Presidenza Ewropea 2017 u Fondi Ewropej Ian Borg qal li mill-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020 il-Gvern se jkun qed jalloka €25 miljun b’risq l-inklużjoni soċjali. Dan l-investiment fin-nies għandu jkompli jgħin ’l-individwi bi problemi soċjali waqt li jkunu mtejba l-ħiliet tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin u b’hekk pajjiżna jkun aktar kompettitiv.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041